- Grupp tal-Euro
Grupp tal-Euro, 19/06/2014, 19 ta' Ġunju 2014
Il-Litwanja għandha tadotta l-euro fl-2015
Il-Grupp tal-Euro jikkonferma li l-Litwanja tissodisfa l-kriterji għad-dħul fiż-żona tal-euro biex tissieħeb fil-munita unika f'Jannar 2015.
Il-Grupp tal-Euro kkonkluda li l-Litwanja tissodisfa l-kriterji biex tissieħeb fiż-żona tal-euro fid-dawl tal-analiżi mill-Kummissjoni u l-Bank Ċentrali Ewropew. Il-President tal-Grupp tal-Euro J. Dijsselbloem iddeskriva dan bħala "kisba tassew mistħoqqa għal-Litwanja" li ser issegwi "rkupru ta' min ifaħħru mill-kriżi finanzjarja". Il-Grupp tal-Euro qabel dwar abbozz ta' rakkomandazzjoni li l-Litwanja tadotta l-euro fl-1 ta' Jannar 2015.
Huwa u jattendi b'eċċezzjoni l-Grupp tal-Euro, il-Ministru tal-Finanzi Litwan, is-Sur Rimantas Šadžius, enfasizza l-impenn tal-Litwanja għal politika mfassla li żżomm l-ekonomija konformi mal-bqija taż-żona tal-euro. Il-Litwanja ser tattendi l-laqgħat tal-Grupp tal-Euro minn Settembru 'l quddiem bħala osservatur, ladarba d-dħul tagħha jiġi approvat mill-Kunsill. Hija ser tissieħeb bħala membru sħiħ f'Jannar ladarba l-bidla għall-euro tkun tlestiet.
Il-Grupp tal-Euro jagħti prijorità lill-koordinazzjoni tar-riformi strutturali
Il-Grupp tal-Euro qies kif iżid it-tkabbir fiż-żona tal-euro fid-dawl tar-rakkomandazzjonijiet li taw il-Fond Monetarju Internazzjonali u l-Kummissjoni liż-żona tal-euro.
Il-ministri qablu li l-enfasi għandha tkun fuq kif l-ekonomiji jsiru aktar kompetittivi u l-ħolqien tal-impjiegi. Biex dan jinkiseb, huwa meħtieġ aktar xogħol biex jiġu kkoordinati r-riformi strutturali fiż-żona tal-euro biex jitkabbar kemm jista' jkun l-impatt tagħhom. Il-Grupp tal-Euro ser jibda billi jikkonċentra fuq miżuri li għandhom l-għan li jnaqqsu l-porzjon ta' taxxa fuq ix-xogħol qabel ma jħarsu lejn ir-riforma tas-suq tas-servizzi. Dawn il-prijoritajiet ġew inklużi fil-Programm ta' Ħidma tal-Grupp tal-Euro għat-tieni nofs tal-2014.
Ġiet diskussa wkoll ir-rakkomandazzjoni tal-Fond Monetarju Internazzjonali għal eżami tal-qafas ta' sorveljanza fiskali attwali biex wieħed jara jistax jiġi simplifikat. "Il-ministri kollha enfasizzaw l-importanza li jitħarsu r-regoli kif inhuma issa," qal il-President tal-Grupp tal-Euro.
Dokumenti tal-laqgħat
Stqarrijiet għall-istampa
Tagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Johannes Kleis Spokesperson for Eurogroup President
- +32 478 83 26 64
- +32 2 281 75 32
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
- Segwi @EUCouncilPressgħall-aħħar aġġornamenti għall-istampa.
- Hashtag fuq X: #EUROGROUP
Laqgħat oħra: Grupp tal-Euro
Laqgħat li seħħew
L-aħħar reviżjoni: 13 ta' Jannar 2025