- Grupp tal-Euro
Grupp tal-Euro, 12/09/2014, 12 ta' Settembru 2014
Il-Grupp tal-Euro jkompli bl-aġenda tar-riforma strutturali
Fil-laqgħa tal-Grupp tal-Euro tat-12 ta' Settembru f'Milan, il-ministri tennew l-impenn tagħhom għal tnaqqis fil-piż tat-taxxa fuq ix-xogħol. L-objettiv huwa li l-ekonomiji taż-żona tal-euro jsiru aktar kompetittivi u li tingħata spinta lill-attività ekonomika u l-impjiegi.
Biex jintlaħaq dan l-objettiv, il-Grupp tal-Euro qabel dwar sett ta' prinċipji komuni li ser isawru r-riformi tas-sistemi ta' tassazzjoni tal-istati membri.
Dawn il-prinċipji ffokaw fuq l-importanza li:
- jitnaqqsu t-taxxi fuq l-aktar ċittadini vulnerabbli
- jiġi kkumpensat it-tnaqqis tat-taxxa fuq ix-xogħol b'miżuri ta' kumpens f'oqsma li huma anqas ta' detriment għat-tkabbir
- it-tnaqqis tat-taxxa jseħħ flimkien ma' kwalunkwe riforma neċessarja oħra tas-suq tax-xogħol
- jinkiseb appoġġ politiku u soċjetali wiesa' għar-riformi
L-istati membri ser ikunu mistennija jimplimentaw dawn il-prinċipji meta jfasslu l-abbozzi tal-baġits tagħhom għall-2015. Il-Grupp tal-Euro ser jevalwa l-abbozzi tal-baġits f'Novembru abbażi tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni.
Il-Grupp tal-Euro kommess favur il-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir
Il-Grupp tal-Euro qabel li l-livell baxx ta' tkabbir u l-inflazzjoni mrażżna ta' bħalissa jagħmluha essenzjali li jkun hemm azzjoni deċiżiva fl-oqsma kollha. Jeħtieġ li l-miżuri reċenti ta' politika monetarja mħabbra mill-Bank Ċentrali Ewropew jiġu kkomplimentati b'azzjoni mill-istati membri.
It-twettiq ta' politika fiskali soda, ir-riformi strutturali u l-iffaċilitar tal-investiment jibqgħu l-istrateġija tal-Grupp tal-Euro għat-tkabbir. Il-ministri tennew li din l-istrateġija għandha titwettaq fl-ambitu tar-regoli tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir (PST). Kwalunkwe forma ta' flessibbiltà għandha tinstab fl-ambitu tar-regoli tal-PST u għandhom jiġu kkunsidrati r-riformi strutturali li jitwettqu mill-istati membri.
"Ilkoll qbilna li nirrispettaw ir-regoli," qal il-President tal-Grupp tal-Euro J.Dijsselbloem wara l-laqgħa.
Il-laqgħa li jmiss tal-Grupp tal-Euro ser issir fit-13 ta' Ottubru 2014.
Dokumenti tal-laqgħat
Dokumenti ta' eżitu
- Dikjarazzjoni minn Jeroen Dijsselbloem dwar il-laqgħa tal-Grupp tal-euro, 12 ta' Settembru 2014
- Dikjarazzjoni tal-Grupp tal-euro dwar l-aġenda tar-riforma strutturali - diskussjonijiet tematiċi dwar it-tkabbir u l-impjiegi - prinċipji komuni għal riformi li jnaqqsu l-piż fiskali fuq ix-xogħol, 12 ta' Settembru 2014
Tagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Johannes Kleis Spokesperson for Eurogroup President
- +32 478 83 26 64
- +32 2 281 75 32
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
- Segwi @EUCouncilPressgħall-aħħar aġġornamenti għall-istampa.
- Hashtag fuq X: #EUROGROUP
Laqgħat oħra: Grupp tal-Euro
Laqgħat li seħħew
L-aħħar reviżjoni: 13 ta' Jannar 2025