- Grupp tal-Euro
Grupp tal-Euro, 22/01/2018, 22 ta' Jannar 2018
Riżultati ewlenin
Il-programm tal-Greċja: sitwazzjoni attwali
Il-Grupp tal-Euro laħaq qbil politiku dwar it-tielet rieżami tal-programm ta' aġġustament ekonomiku tal-Greċja, peress li l-awtoritajiet Griegi implimentaw kważi r-riformi kollha meħtieġa skont dan ir-rieżami.
Il-qbil jippermetti li l-Grupp ta' Ħidma tal-Grupp tal-Euro u l-korpi governattivi tal-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà jieħdu l-passi neċessarji għall-iżborż tal-ħlas parzjali li jmiss, ladarba jkunu ġew ikkompletati b'mod sħiħ il-ftit kondizzjonijiet li fadal. L-ewwel żborż huwa previst għal Frar, u t-tieni wieħed għar-rebbiegħa.
Il-Grupp tal-Euro ħareġ dikjarazzjoni.
- Dikjarazzjoni tal-Grupp tal-Euro dwar il-Greċja (22/1/2018)
- Greċja: it-tielet programm ta’ aġġustament ekonomiku (informazzjoni ġenerali)
Ħatra tal-President il-ġdid tal-Grupp ta' Ħidma tal-Grupp tal-Euro
Il-Grupp tal-Euro ħatar lil Hans Vijlbrief bħala l-President il-ġdid tal-Grupp ta’ Ħidma tal-Grupp tal-Euro, għal mandat ta’ sentejn. Hans Vijlbrief ser jieħu post Thomas Wieser, li ilu jippresiedi l-grupp minn Jannar 2012.
- Hans Vijlbrief maħtur President tal-grupp ta’ ħidma tal-Grupp tal-Euro (stqarrija għall-istampa, 22/1/2018)
- Hans Vijlbrief
Ħatra tal-Viċi President tal-BĊE
Il-President tal-Grupp tal-Euro beda l-proċedura għall-ħatra ta’ Viċi President ġdid tal-Bank Ċentrali Ewropew b’sejħa għal kandidaturi. Il-mandat tal-persuna fil-kariga, Vítor Constâncio, jintemm fil-31 ta’ Mejju.
Unjoni Ekonomika u Monetarja
Wara s-Summit tal-Euro li sar fil-15 ta' Diċembru 2017, il-ministri kellhom diskussjoni ta' segwitu dwar passi ulterjuri lejn l-approfondiment tal-UEM.
Semestru Ewropew: Rakkomandazzjoni għall-2018 għaż-żona tal-euro
Il-Grupp tal-Euro ddiskuta l-abbozz ta' rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-politika ekonomika taż-żona tal-euro għall-2018, maħruġa fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, il-mekkaniżmu għall-koordinazzjoni tal-politika tal-UE.
L-abbozz ta' rakkomandazzjoni ser jiġi approvat mill-Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji fit-23 ta' Jannar. Dan ser jiġi adottat formalment mill-Kunsill wara l-approvazzjoni fil-Kunsill Ewropew ta' Marzu.
Missjoni ta’ sorveljanza ta’ wara l-programm fil-Portugall
Il-Grupp tal-Euro kien infurmat dwar ir-riżultati tas-seba' missjoni ta’ sorveljanza ta’ wara l-programm (PPS) fil-Portugall, li saret bejn it-28 ta’ Novembru u s-6 ta’ Diċembru 2017.
Konsultazzjoni skont l-Artikolu IV tal-FMI maż-żona tal-euro
Il-Grupp tal-Euro kellu skambju ta’ fehmiet dwar il-preżentazzjoni mill-Fond Monetarju Internazzjonali dwar is-sejbiet preliminari ewlenin tal-missjoni interim tiegħu marbuta mal-konsultazzjoni skont l-Artikolu IV maż-żona tal-euro.
Dokumenti tal-laqgħat
Dokumenti ta' tħejjija
Dokumenti ta' eżitu
Stqarrijiet għall-istampa
Tagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Johannes Kleis Spokesperson for Eurogroup President
- +32 478 83 26 64
- +32 2 281 75 32
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
- Segwi @EUCouncilPressgħall-aħħar aġġornamenti għall-istampa.
- Hashtag fuq X: #EUROGROUP
Laqgħat oħra: Grupp tal-Euro
Laqgħat li seħħew
L-aħħar reviżjoni: 13 ta' Jannar 2025