Skip to content
  • Grupp tal-Euro

Grupp tal-Euro, 04/12/2017, 4 ta' Diċembru 2017

Riżultati ewlenin

Il-Grupp tal-Euro ltaqa’ f'żewġ formati: l-ewwel f'laqgħa regolari tal-ministri taż-żona tal-euro, filwaqt li t-tieni parti kienet laqgħa tal-ministri tas-27 stat membru tal-UE bil-għan tat-tħejjija għas-Summit tal-Euro li ser isir f'Diċembru.

Laqgħa fil-format taż-żona tal-euro

Elezzjoni tal-President il-ġdid tal-Grupp tal-Euro

Il-Grupp tal-Euro eleġġa lil Mário Centeno, Ministru għall-Finanzi Portugiż, bħala l-President li jmiss tal-Grupp tal-Euro. Hu ser jibda l-mandat tiegħu fit-13 ta' Jannar 2018. Il-President tal-Grupp tal-Euro jiġi elett mill-membri tiegħu b'maġġoranza sempliċi, għal terminu ta' sentejn u nofs, f'konformità mal-Protokoll 14 tat-Trattat.

Abbozz ta' pjanijiet baġitarji

Il-Grupp tal-Euro ddiskuta l-abbozz ta' pjanijiet baġitarji għall-2018 tal-istati membri taż-żona tal-euro u s-sitwazzjoni baġitarja ġenerali fiż-żona tal-euro. Il-Kummissjoni ħarġet dikjarazzjoni.

Sorveljanza ta’ wara l-programm: Ċipru u Spanja

Il-Grupp tal-Euro ġie infurmat bir-riżultati ewlenin tal-missjonijiet ta’ sorveljanza ta’ wara l-programm f’Ċipru u fi Spanja, imwettqa mill-persunal tal-Kummissjoni Ewropea u l-Bank Ċentrali Ewropew, fil-ħarifa ta’ din is-sena.

Is-sorveljanza ta’ wara l-programm tintemm meta mill-inqas 75 % tas-selfa tkun intraddet lura.

Il-programm ta’ aġġustament tal-Greċja: sitwazzjoni attwali

Il-Grupp tal-Euro ngħata informazzjoni mill-istituzzjonijiet (il-Kummissjoni Ewropea, il-Bank Ċentrali Ewropew, il-Fond Monetarju Internazzjonali u l-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà) dwar il-progress tat-tielet rieżami li għaddej tal-programm ta’ aġġustament makroekonomiku tal-Greċja. Fit-2 ta’ Diċembru, l-awtoritajiet Griegi u l-istituzzjonijiet laħqu qbil fil-livell tal-persunal dwar il-kundizzjonalità tal-linja ta' politika. L-attenzjoni issa ddur fuq l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet li hemm bżonn li jsiru qabel mill-awtoritajiet.

Diskussjonijiet tematiċi dwar it-tkabbir u l-impjiegi: porzjon ta’ taxxa fuq ix-xogħol

Il-Ministri komplew bid-diskussjoni tagħhom dwar kif inaqqsu aktar il-pressjoni tat-taxxa fuq ix-xogħol bħala mezz biex jiżdied it-tkabbir ekonomiku. Huma evalwaw il-progress lejn il-limitu massimu li qabel dwaru l-Grupp tal-Euro fl-2015 billi eżaminaw il-miżuri previsti fil-pjanijiet baġitarji għall-2018 tal-istati membri taż-żona tal-euro.

Programm ta' ħidma tal-Grupp tal-Euro

Il-Grupp tal-Euro adotta l-programm ta’ ħidma tiegħu għall-ewwel semestru tal-2018.

Laqgħa f'format estiż

Approfondiment tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja

Il-ministri komplew bit-tħejjija tagħhom għal-laqgħa tas-Summit tal-Euro tal-15 ta’ Diċembru, fejn ser jiġu diskussi suġġetti relatati mal-approfondiment tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja (UEM) u t-tlestija tal-unjoni bankarja.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

  • Johannes Kleis Spokesperson for Eurogroup President

  • +32 478 83 26 64
  • +32 2 281 75 32

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Grupp tal-Euro

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 13 ta' Jannar 2025