Skip to content
  • Grupp tal-Euro

Grupp tal-Euro, 12/03/2018, 12 ta' Marzu 2018

Riżultati ewlenin

Greċja

Il-Grupp tal-Euro jilqa' t-tlestija tal-azzjonijiet preliminari li fadal mill-Greċja, kif mitlub skont it-tielet rieżami tal-programm ta' aġġustament ekonomiku tagħha.

Dan iwitti t-triq għar-rilaxx tar-raba' pagament parzjali ta' għajnuna finanzjarja disponibbli għall-Greċja skont il-programm mill-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà, ladarba jitlestew il-proċeduri nazzjonali. Ir-raba' pagament parzjali jammonta għal €6.7 biljun u ser jitħallas f'żewġ pagamenti.

Il-ministri kienu infurmati wkoll dwar l-ewwel missjoni tar-raba' rieżami tal-programm, li saret fi tmiem Frar.

Tħejjijiet għas-Summit tal-Euro ta' Marzu

Il-Grupp tal-Euro ddiskuta l-modi għall-approfondiment tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja, bi tħejjija għas-Summit tal-Euro fit-23 ta' Marzu.

Il-ministri eżaminaw il-ħidma li għaddejja biex titlesta l-unjoni bankarja u r-riforma tal-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà. Taw ħarsa wkoll lejn il-kwistjonijiet fiskali. Il-President tal-Grupp tal-Euro ser jirrapporta dwar dawn id-diskussjonijiet lill-mexxejja fis-Summit tal-Euro.

Tħejjijiet għal-laqgħat internazzjonali: inflazzjoni u żviluppi fir-rata tal-kambju

Il-Grupp tal-Euro kellu skambju ta' fehmiet fil-qosor dwar l-inflazzjoni u l-iżviluppi fir-rata tal-kambju fiż-żona tal-euro tul dawn l-aħħar xhur.

Din hija diskussjoni ta' rutina fil-Grupp tal-Euro qabel il-laqgħat tar-rebbiegħa li ġejjin dwar il-Fond Monetarju Internazzjonali, li ser isiru f'April.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

  • Johannes Kleis Spokesperson for Eurogroup President

  • +32 478 83 26 64
  • +32 2 281 75 32

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Grupp tal-Euro

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 13 ta' Jannar 2025