Skip to content
  • Grupp tal-Euro

Grupp tal-Euro, 27/04/2018, 27 ta' April 2018

Riżultati ewlenin

Il-programm ta' aġġustament ekonomiku tal-Greċja

L-istituzzjonijiet infurmaw lill-Grupp tal-Euro dwar il-progress li sar rigward ir-raba' rieżami li għaddej tal-programm ta' assistenza finanzjarja tal-Greċja. Il-ministru Tsakalotos ippreżenta l-istrateġija ta' tkabbir komprensiv li jmiss tal-Greċja, li telenka l-għanijiet u l-prijoritajiet għas-snin li ġejjin.

Il-ministri ġew aġġornati wkoll dwar it-temi ewlenin li huma rilevanti għall-ikkompletar b’suċċess tal-programm. Huma ġew infurmati dwar il-ħidma teknika li saret s'issa dwar il-mekkaniżmu ta' aġġustament għat-tkabbir, bħala parti mill-miżuri possibbli fuq terminu medju dwar id-dejn għall-Greċja. Huma ddiskutew ukoll l-għamla possibbli li jista' jieħu l-qafas ta' wara l-programm.

Unjoni bankarja: aspetti taż-żona tal-euro

Il-Grupp tal-Euro sema' preżentazzjoni biannwali dwar l-attivitajiet reċenti tal-Bord Superviżorju tal-BĊE u l-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni mill-President tal-Bord Superviżorju tal-Bank Ċentrali Ewropew, Danièle Nouy, u l-President tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni, Elke König.

Diskussjoni tematika dwar it-tkabbir u l-impjiegi: id-dinamiċi tal-pagi

Il-Grupp tal-Euro ddiskuta d-dinamiċi tal-pagi bħala mezz ta’ aġġustament makroekonomiku fl-Unjoni Ekonomika u Monetarja. Id-dibattitu kien ibbażat fuq nota mill-Kummissjoni u preżentazzjoni mill-Professur Tito Boeri, li huwa wkoll il-President tal-Istitut Nazzjonali tas-Sigurtà Soċjali tal-Italja.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

  • Johannes Kleis Spokesperson for Eurogroup President

  • +32 478 83 26 64
  • +32 2 281 75 32

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Grupp tal-Euro

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 13 ta' Jannar 2025