- Grupp tal-Euro
Grupp tal-Euro, 06/11/2017, 6 ta' Novembru 2017
Riżultati ewlenin
Il-laqgħa tal-Grupp tal-Euro saret f'żewġ formati: l-ewwel parti kienet laqgħa regolari tal-ministri taż-żona tal-euro, waqt li t-tieni parti kienet laqgħa tal-ministri tas-27 stat membru tal-UE bil-għan li jitħejja s-Summit tal-Euro ta' Diċembru.
F’Settembru, il-President Tusk ħabbar li s-Summit tal-Euro, li huwa mistenni jiddiskuti kwistjonijiet marbuta mal-Unjoni Ekonomika u Monetarja (UEM), kien ser issir f’format inklużiv. Dan jinkludi l-istati membri taż-żona tal-euro u l-istati membri li mhumiex fiż-żona tal-euro li ffirmaw it-Trattat dwar l-Istabbiltà, il-Koordinazzjoni u l-Governanza fl-Unjoni Ekonomika u Monetarja (TSKG). Ir-Repubblika Ċeka u l-Kroazja ġew mistiedna bħala osservaturi.
Laqgħa fil-format taż-żona tal-euro
Unjoni bankarja - aspetti li jikkonċernaw iż-żona tal-euro
Il-President tal-Bord Superviżorju tal-Bank Ċentrali Ewropew, Danièle Nouy, ippreżentat ħarsa ġenerali lejn l-attivitajiet tal-Bord Superviżorju tal-BĊE minn April 2017 sa issa.
Is-Sinjura Nouy tat ħarsa ġenerali lejn il-ħidma superviżorja reċenti u enfasizzat l-addendum reċenti għall-gwida lill-banek mill-BĊE ta' Marzu 2017 dwar self improduttiv (NPLs), riskji possibbli marbuta mal-Brexit, u attivitajiet ewlenin oħra bħal pereżempju stress tests superviżorji.
L-attivitajiet tal-Bord Superviżorju tal-BĊE jiġu ppreżentati lill-Grupp tal-Euro darbtejn fis-sena.
Il-President tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni (SRB), Elke König, infurmat lill-Grupp tal-Euro dwar l-attivitajiet tal-SRB matul ix-xhur li għaddew: il-progress fl-ippjanar tar-riżoluzzjoni u l-prijoritajiet f'dan il-qasam, l-implimentazzjoni tar-rekwiżiti minimi għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli (MREL) u l-istatus tal-iżvilupp tal-fond uniku ta' riżoluzzjoni (SRF).
- Mekkaniżmu Superviżorju Uniku (informazzjoni ġenerali)
- Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni (informazzjoni ġenerali)
Diskussjoni tematika dwar it-tkabbir u l-impjiegi: investiment fil-kapital uman
Il-ministri kellhom skambju tal-prattiki nazzjonali marbuta mal-investiment pubbliku fil-kapital uman u, b'mod iktar konkret, l-infiq effiċjenti fuq is-sistemi edukattivi.
Id-diskussjoni hija marbuta mal-prinċipji komuni għall-promozzjoni tal-investiment, li l-Grupp tal-Euro qabel dwarhom f'April 2017. Skont wieħed minn dawn il-prinċipji, iż-żona tal-euro trid tiżgura investiment pubbliku ta' kwalità għolja biex tingħata spinta lit-tkabbir sostenibbli u b'intensità għolja ta' għarfien.
Id-dibattitu huwa relatat ukoll mad-diskussjoni tal-Grupp tal-Euro dwar il-kwalità tal-finanzi pubbliċi u l-analiżi tal-infiq.
Il-ministri mistennija jkomplu d-dibattitu kmieni fl-2018.
- Nota mill-Kummissjoni: Investiment fil-kapital uman
- Dikjarazzjoni tal-Grupp tal-Euro dwar prinċipji komuni għall-promozzjoni tal-investiment (stqarrija għall-istampa)
- Dikjarazzjoni tal-Grupp tal-Euro - diskussjonijiet tematiċi dwar it-tkabbir u l-impjiegi: prinċipji komuni għal titjib fl-allokazzjoni tal-infiq (stqarrija għall-istampa)
Greċja
L-istituzzjonijiet (il-Kummissjoni Ewropea, il-Bank Ċentrali Ewropew, il-Fond Monetarju Internazzjonali u l-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà) informaw fil-qosor lill-Grupp tal-Euro dwar taħditiet kostruttivi li kellhom s’issa mal-awtoritajiet Griegi fil-kuntest tat-tielet rieżami tal-programm ta’ aġġustament makroekonomiku tal-Greċja li qed isir bħalissa.
Il-Grupp tal-Euro mistenni jiddiskuti t-tielet rieżami f’aktar dettall fil-laqgħa tiegħu tal-4 ta’ Diċembru 2017.
Presidenza tal-Grupp tal-Euro
Il-President attwali, Jeroen Dijsselbloem, iddeskriva fil-qosor il-proċess maħsub biex jiġi elett President ġdid tal-Grupp tal-Euro. Il-ministri interessati ser ikunu jistgħu jressqu l-kandidatura tagħhom aktar tard f’Novembru. Il-Grupp tal-Euro hu skedat li jeleġġi president ġdid fil-laqgħa tiegħu fl-4 ta’ Diċembru 2017.
Laqgħa f'format inklużiv
It-tlestija tal-unjoni bankarja
Il-ministri tas-27 stat membru tal-UE ddiskutew il-passi possibbli lejn it-tlestija tal-unjoni bankarja. Il-Kummissjoni ppreżentat l-elementi ewlenin tal-komunikazzjoni reċenti tagħha dwar dan is-suġġett.
F'Ġunju 2016, il-Kunsill ikkonkluda pjan direzzjonali għat-tlestija tal-unjoni bankarja. F'Ġunju 2017, il-Presidenza tal-Kunsill ippreżentat rapport dwar il-progress fil-ħidma li għaddejja fuq miżuri li jsaħħu l-unjoni bankarja u jnaqqsu r-riskji fis-settur bankarju.
- Komunikazzjoni tal-Kummissjoni: It-tlestija tal-unjoni bankarja
- Aktar passi fl-unjoni bankarja: tnaqqis tar-riskji u protezzjoni tad-depożiti (informazzjoni ġenerali)
Kapaċità fiskali u regoli fiskali għall-UEM
Il-ministri kellhom skambju ta' fehmiet dwar il-futur tal-governanza fiskali fiż-żona tal-euro, inkluż il-kwistjonijiet relatati mar-regoli fiskali u ideat għal strumenti ta' politika fiskali possibbli ġodda għaż-żona tal-euro.
Dokumenti tal-laqgħat
Stqarrijiet għall-istampa
Tagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Johannes Kleis Spokesperson for Eurogroup President
- +32 478 83 26 64
- +32 2 281 75 32
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
- Segwi @EUCouncilPressgħall-aħħar aġġornamenti għall-istampa.
- Hashtag fuq X: #EUROGROUP
Laqgħat oħra: Grupp tal-Euro
Laqgħat li seħħew
L-aħħar reviżjoni: 13 ta' Jannar 2025