- Grupp tal-Euro
Grupp tal-Euro, 19/02/2018, 19 ta' Frar 2018
Riżultati ewlenin
Il-laqgħa tal-Grupp tal-Euro saret f'żewġ formati - l-ewwel parti kienet laqgħa regolari tal-ministri taż-żona tal-euro, filwaqt li t-tieni parti kienet laqgħa tal-ministri tas-27 stat membru tal-UE.
Laqgħa tal-grupp tal-euro f'format regolari
Greċja: programm ta' aġġustament ekonomiku
Il-Grupp tal-Euro ġie infurmat dwar aktar progress li sar mill-Greċja fl-implimentazzjoni tal-azzjonijiet preliminari li fadal skont it-tielet rieżami tal-programm. Li dawn jiġu ssodisfati hi prekondizzjoni għall-iżborż tal-ħlas parzjali li jmiss ta’ assistenza finanzjarja disponibbli fil-qafas tal-programm mill-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà.
Irlanda: sorveljanza ta' wara l-programm
Il-Grupp tal-Euro ġie infurmat dwar is-sejbiet ewlenin tat-tmien missjoni ta’ sorveljanza ta’ wara l-programm fl-Irlanda, li saret bejn it-28 ta’ Novembru u l-1 ta’ Diċembru 2017.
- Rapport dwar is-Sorveljanza ta' wara l-Programm. l-Irlanda, Ħarifa tal-2017
- Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea u l-persunal tal-BĊE wara l-konklużjoni tat-tmien missjoni ta’ sorveljanza ta’ wara l-programm fl-Irlanda (stqarrija għall-istampa tal-BĊE)
Riforma tal-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabilità (MES)
Il-ministri kellhom skambju ta' fehmiet dwar kif imexxu 'l quddiem id-dibattitu dwar ir-riforma tal-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà. Id-diskussjoni ser tagħti kontribut għat-tħejjija tad-deċiżjonijiet li l-mexxejja tal-UE jistgħu jieħdu fil-kuntest tad-diskussjoni aktar ġenerali dwar l-approfondiment tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja.
Ħatra tal-Viċi President tal-Bank Ċentrali Ewropew
Il-Grupp tal-Euro ddiskuta l-ħatra tal-Viċi President tal-Bank Ċentrali Ewropew u ta l-appoġġ politiku tiegħu għall-kandidatura ta’ Luis de Guindos.
Il-Viċi President tal-BĊE ser jinħatar mill-Kunsill Ewropew fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill tal-UE.
- Il-Grupp tal-Euro jagħti appoġġ lil Luis de Guindos (stqarrija għall-istampa, 19 ta’ Frar 2018)
- Proċedura tal-ħatra tal-Bord Eżekuttiv tal-BĊE (infografika)
Laqgħa tal-Grupp tal-Euro f’format inklużiv
Unjoni bankarja: it-triq 'il quddiem
Il-ministri għall-finanzi tas-27 stat membru tal-UE ddiskutew il-progress li sar fl-implimentazzjoni tal-pjan direzzjonali ta’ Ġunju 2016 għat-tlestija tal-unjoni bankarja u qiesu l-iżvilupp ulterjuri tagħha.
Dokumenti tal-laqgħat
Dokumenti ta' tħejjija
Stqarrijiet għall-istampa
Tagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Johannes Kleis Spokesperson for Eurogroup President
- +32 478 83 26 64
- +32 2 281 75 32
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
- Segwi @EUCouncilPressgħall-aħħar aġġornamenti għall-istampa.
- Hashtag fuq X: #EUROGROUP
Laqgħat oħra: Grupp tal-Euro
Laqgħat li seħħew
L-aħħar reviżjoni: 13 ta' Jannar 2025