"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Grupp tal-Euro

Vidjokonferenza tal-Grupp tal-Euro, 15 ta' Frar 2021

Riżultati ewlenin

Żviluppi makroekonomiċi u prospetti ta' politika fiż-żona tal-euro

Il-Grupp tal-Euro kellu skambju ta' fehmiet dwar l-iżviluppi makroekonomiċi u l-prospetti ta' politika fiż-żona tal-euro.

Paschal Donohoe, President tal-Grupp tal-Euro
Fid-dawl tal-inċertezza u l-isfida, għad hemm ħtieġa kbira li nikkoordinaw l-isforzi monetarji tagħna u baġitarji tagħna. Mill-perspettiva tal-Grupp tal-Euro, huwa importanti li nindirizzaw it-tħejjijiet baġitarji nazzjonali b'mod koordinat biex ngħinu fit-tfassil tad-deċiżjonijiet ta' politika tagħna, b'mod partikolari hekk kif il-proċess tat-tilqim jaċċellera u l-irkupru tagħna jibda bil-mod.
Paschal Donohoe, President tal-Grupp tal-Euro
Paschal Donohoe, President tal-Grupp tal-Euro

Id-diskussjoni kienet ibbażata fuq it-Tbassir tax-Xitwa tal-Kummissjoni Ewropea 2021 u l-aħħar informazzjoni dwar l-iżviluppi tas-saħħa ppreżentati minn Michael Ryan, Direttur Eżekuttiv tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) għall-Programm dwar l-Emerġenzi tas-Saħħa u Bruce Aylward, Konsulent Għoli responsabbli għall-Missjoni Konġunta WHO-Ċina dwar il-COVID-19.

Meta nibdew noħorġu mill-kriżi tas-saħħa, ir-rispons ta' politika tagħna ser ikollu bżonn jadatta iżda gradwalment - huwa xi ħaġa li ser nitkellmu dwaru b'mod regolari fix-xhur li ġejjin peress li aħna lkoll għandna interess f'ritorn b'suċċess u magħqud għat-tkabbir. Paschal Donohoe, President tal-Grupp tal-Euro

Rwol internazzjonali tal-euro

Il-ministri ddiskutew ir-rwol internazzjonali tal-euro. Id-diskussjoni segwiet il-gwida tas-Summit tal-Euro ta' Diċembru 2020 u l-pubblikazzjoni tal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea tad-19 ta' Jannar 2021 "Is-sistema ekonomika u finanzjarja Ewropea: it-trawwim tal-ftuħ, tas-saħħa u tar-reżiljenza".

L-għan huwa li titnaqqas id-dipendenza tagħna fuq muniti oħra, u li tissaħħaħ l-awtonomija tagħna f'diversi sitwazzjonijiet. Fl-istess ħin, żieda fl-użu internazzjonali tal-munita tagħna timplika wkoll kompromessi potenzjali, li ser inkomplu nissorveljaw. Matul id-diskussjoni, il-ministri enfasizzaw ukoll il-potenzjal tal-ħruġ ta' bonds ekoloġiċi biex jissaħħaħ l-użu tal-euro mis-swieq filwaqt li jingħata kontribut ukoll biex jintlaħaq l-objettiv tagħna tat-tranżizzjoni klimatika. Paschal Donohoe, President tal-Grupp tal-Euro

Il-Grupp tal-Euro ddiskuta l-kwistjoni diversi drabi dawn l-aħħar snin minn meta s-Summit tal-Euro ta' Diċembru 2018 talab li l-ħidma titmexxa 'l quddiem.

Solvenza tas-settur korporattiv – sitwazzjoni attwali

Il-ministri kellhom skambju ta' fehmiet dwar l-iżviluppi reċenti fis-solvenza tas-settur korporattiv abbażi ta' nota mħejjija mill-Kummissjoni. Il-pandemija tal-COVID-19 kellha impatt qawwi fuq is-settur korporattiv, u wasslet lill-gvernijiet biex jestendu miżuri ta' appoġġ pubbliku mingħajr preċedent għall-ekonomija.

L-appoġġ li stabbilixxejna fil-livell nazzjonali u l-qafas li qbilna dwaru fil-livell Ewropew kollha għenu biex ħafna negozji jibqgħu għaddejjin waqt il-lockdowns. Din kienet storja ta' suċċess, iżda aħna konxji li jista' jkun hemm żminijiet diffiċli fil-futur. Il-parti l-kbira tan-negozji ċertament għandhom futur tajjeb, iżda naturalment, ħafna negozji ser ikollhom bżonn iż-żmien biex isewwu l-karti tal-bilanċ tagħhom u sfortunatament, jista' jkun hemm xi wħud li mhux ser ikunu vijabbli aktar fit-tul minħabba ċirkostanzi ta' saħħa li qed jinbidlu, u xi jkun ifisser dan għal kif l-ekonomiji huma strutturati. Paschal Donohoe, President tal-Grupp tal-Euro

Il-ministri ddiskutew il-ħtieġa li tiġi ssorveljata s-sitwazzjoni fis-settur korporattiv u dwar kif l-aħjar jiġi mmirat dan l-appoġġ. Imbagħad ikun hemm diskussjoni tematika dwar l-oqfsa tal-insolvenza f'April.

Mixxellanji

Abbozz aġġornat tal-pjan baġitarju tal-Litwanja

Il-Grupp tal-Euro ddiskuta l-abbozz aġġornat tal-pjan baġitarju tal-Litwanja għall-2021, abbażi tal-opinjoni tal-Kummissjoni maħruġa fil-21 ta' Jannar 2021.

Prijoritajiet ta' politika tal-gvern il-ġdid tal-Estonja

Il-Ministru Keit Pentus-Rosimannus ippreżenta l-prijoritajiet ta' politika tal-gvern il-ġdid tal-Estonja. Din hija prattika standard fil-Grupp tal-Euro meta gvernijiet ġodda jibdew il-mandat tagħhom.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

  • Johannes Kleis Spokesperson for Eurogroup President

  • +32 478 83 26 64
  • +32 2 281 75 32

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Grupp tal-Euro

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 13 ta' Jannar 2025