Skip to content
  • Grupp tal-Euro

Vidjokonferenza tal-Grupp tal-Euro, 30 ta' Novembru 2020

Riżultati ewlenin

Format inklużiv

Riforma tat-trattat dwar il-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà (MES)

Il-Grupp tal-Euro qabel li jipproċedi bir-riforma tal-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà (MES): li jiffirma t-trattat rivedut dwar il-MES u li jniedi r-ratifika tiegħu.

L-aġġustamenti li qbilna dwarhom illum ser ikomplu jiżviluppaw is-sett ta' għodod tal-MES. Issa ser nipproċedu għall-iffirmar tat-Trattat f'Jannar u ser inniedu l-proċeduri għar-ratifika fil-livell nazzjonali. Paschal Donohoe, President tal-Grupp tal-Euro

Fost affarijiet oħra, ir-riforma tistabbilixxi garanzija ta' kontinġenza komuni għall-Fond Uniku ta' Riżoluzzjoni (SRF) fil-forma ta' linja ta' kreditu mill-MES. Il-ministri qablu wkoll dwar l-introduzzjoni bikrija tal-garanzija ta' kontinġenza komuni sal-bidu tal-2022.

Il-garanzija ta' kontinġenza hija l-aħħar soluzzjoni, hija xibka ta' sikurezza oħra għad-dispożizzjoni tagħna jekk ikollna bżonnha. Ser issaħħaħ u tikkumplimenta l-pilastru tar-riżoluzzjoni tal-unjoni bankarja u ser tgħin biex jiġi żgurat li falliment ta' bank ma jagħmilx ħsara lill-ekonomija usa' jew tabilħaqq jikkawża instabbiltà finanzjarja. Paschal Donohoe, President tal-Grupp tal-Euro

Il-Grupp tal-Euro ħareġ dikjarazzjoni.

Bidliet ewlenin introdotti mir-riforma tal-MES.
Riforma tal-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà (MES) (Infografika)

Riforma tal-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà (MES) (Infografika)

Unjoni bankarja

Il-ministri ngħataw informazzjoni mill-President tal-Grupp ta' Ħidma ta' Livell Għoli dwar l-EDIS – l-iskema Ewropea ta' assigurazzjoni tad-depożiti – dwar il-progress fit-tisħiħ ulterjuri tal-unjoni bankarja.

Paschal Donohoe, President tal-Grupp tal-Euro
Evalwajna l-progress kostanti fil-Grupp ta' Ħidma ta' Livell Għoli dwar elementi oħra tal-unjoni bankarja. Issa li lħaqna qbil dwar ir-riforma tal-MES, ninsabu f'pożizzjoni tajba biex nimxu 'l quddiem f'oqsma oħra.
Paschal Donohoe, President tal-Grupp tal-Euro
Paschal Donohoe, President tal-Grupp tal-Euro

Tħejjija għas-Summit taż-Żona tal-Euro ta' Diċembru

Il-Grupp tal-Euro ħejja s-Summit taż-Żona tal-Euro li ser isir fil-11 ta' Diċembru 2020. Il-President tal-Grupp tal-Euro Paschal Donohoe ser jirrapporta lis-Summit taż-Żona tal-Euro dwar l-istat tal-progress tal-unjoni bankarja.

Format regolari

Il-Greċja: ir-rilaxx tal-miżuri tad-dejn kontinġenti għall-politika

Il-Grupp tal-Euro ddiskuta wkoll it-tmien rapport dwar is-sorveljanza msaħħa dwar il-Greċja u kkonferma r-rilaxx tar-raba porzjon tal-miżuri tad-dejn kontinġenti għall-politika.

Fil-każ tal-Greċja, aħna qbilna li l-valutazzjoni pożittiva ħafna tiġġustifika l-approvazzjoni tal-porzjon li jmiss tal-miżuri tad-dejn kontinġenti għall-politika, u dan jiswa 767 miljun euro. Paschal Donohoe, President tal-Grupp tal-Euro

Il-Grupp tal-Euro ħareġ dikjarazzjoni.

Sorveljanza ta' wara l-programm

Il-Kummissjoni Ewropea u l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) ippreżentaw is-sejbiet ewlenin tar-rapporti dwar is-sorveljanza ta' wara l-programm dwar:

  • Ċipru (id-disa' rapport dwar is-sorveljanza)
  • Il-Portugall (it-12-il rapport dwar is-sorveljanza)
  • L-Irlanda (it-13-il rapport dwar is-sorveljanza)
  • Spanja (l-14-il rapport dwar is-sorveljanza)

Is-sorveljanza ta' wara l-programm (PPS) tibda awtomatikament wara t-tmiem tal-programmi ta' assistenza finanzjarja u tkompli sakemm tkun tħallset lura mill-inqas 75% tal-assistenza finanzjarja. Ir-rappurtar tal-PPS isegwi skeda biennali.

Analiżi taż-żona tal-euro skont l-Artikolu IV tal-FMI

Id-direttur maniġerjali tal-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI), Kristalina Georgieva, ippreżentat l-eżitu tal-missjoni tal-FMI fiż-żona tal-euro skont l-Artikolu IV. Ir-rieżami tal-Artikolu IV dwar iż-żona tal-euro huwa eżerċizzju regolari li fih il-FMI jirrevedi l-iżviluppi ekonomiċi, jikkonsulta ma' dawk li jfasslu l-politika taż-żona tal-euro u jipprovdi pariri mmirati ta' politika.

Abbozz ta' pjanijiet baġitarji għall-2021

Il-Kummissjoni ppreżentat l-opinjonijiet tagħha dwar l-abbozzi tal-pjanijiet baġitarji (DBPs) tal-istati membri taż-żona tal-euro għall-2021 u l-komunikazzjoni tagħha dwar il-valutazzjoni ġenerali tagħha tad-DBPs, ippubblikata fit-18 ta' Novembru 2020. Il-Grupp tal-Euro kellu l-ewwel skambju ta' fehmiet fuq din il-bażi.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

  • Johannes Kleis Spokesperson for Eurogroup President

  • +32 478 83 26 64
  • +32 2 281 75 32

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Grupp tal-Euro

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 13 ta' Jannar 2025