Skip to content
  • Grupp tal-Euro

Vidjokonferenza tal-Grupp tal-Euro, 15 ta' Marzu 2021

Riżultati ewlenin

Format regolari

COVID-19: Impatti settorjali u bidliet strutturali fiż-żona tal-euro

Il-Grupp tal-Euro ddiskuta l-impatt tal-pandemija fuq diversi setturi tal-ekonomija taż-żona tal-euro u l-bidliet strutturali possibbli li setgħet skattat. Id-diskussjoni kienet ibbażata fuq nota mħejjija mill-Kummissjoni Ewropea.

L-analiżi tal-Kummissjoni wriet kif setturi differenti ġew affettwati b'mod mhux uniformi u għalhekk jistgħu jvarjaw il-prospetti ta' tkabbir tagħhom. Il-kriżi aċċellerat xi xejriet li kienu jeżistu qabel fl-ekonomiji tagħna, li min-naħa tagħhom jirrikjedu li nsaħħu l-ambizzjonijiet tagħna fir-rigward tat-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali. Paschal Donohoe, President tal-Grupp tal-Euro

Is-sitwazzjoni attwali tal-miżuri ta' appoġġ fiskali

Wara l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea "Sena mit-tifqigħa tal-COVID-19: rispons tal-politika fiskali" tat-3 ta' Marzu 2021, il-ministri għall-finanzi evalwaw is-sitwazzjoni attwali tal-miżuri ta' appoġġ fiskali, b'attenzjoni partikolari fuq l-istrateġija fiskali u l-pożizzjoni fiskali fiż-żona tal-euro. Huma qablu dwar il-messaġġi ewlenin tar-rispons fiskali koordinat li għaddej u adottaw dikjarazzjoni.

Illum, il-Grupp tal-Euro qabel dwar il-ħtieġa li tinżamm pożizzjoni baġitarja fl-2021 u fl-2022, li tkun ta' appoġġ u twitti t-triq għall-irkupru. Dan ser jiġi ffaċilitat ukoll permezz ta' appoġġ mill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza. Aħna magħqudin u determinati fl-isforzi tagħna biex nipproteġu l-impjiegi, nipproteġu n-negozji u nipproteġu ċ-ċittadini tagħna f'din il-fażi ferm akuta ta' kriżi tas-saħħa kontinwa. Paschal Donohoe, President tal-Grupp tal-Euro

Id-disa' rapport dwar is-sorveljanza msaħħa fir-rigward tal-Greċja

Il-Grupp tal-Euro ddiskuta d-disa' rapport dwar is-sorveljanza msaħħa fir-rigward tal-Greċja. Ir-rapport ma kienx marbut ma' deċiżjoni dwar il-miżuri ta' dejn kontinġenti fuq il-politika.

Ir-rappurtar ta' kull tliet xhur jippermetti l-monitoraġġ mill-qrib tas-sitwazzjoni ekonomika, fiskali u finanzjarja, u l-progress fl-impenji ta' politika ta' wara l-programm, miftiehma fil-laqgħa tal-Grupp tal-Euro tat-22 ta' Ġunju 2018.

Tħejjija ta' laqgħat internazzjonali

Il-Grupp tal-Euro evalwa l-iżviluppi fir-rata tal-kambju matul dawn l-aħħar xhur bil-ħsieb tal-laqgħat tar-rebbiegħa tal-Grupp tal-Bank Dinji u l-Fond Monetarju Internazzjonali, li ser isiru mill-5 sal-11 ta' April 2021.

L-iżviluppi fir-rati tal-kambju huma regolarment fuq l-aġenda tal-Grupp tal-Euro, b'mod partikolari qabel il-laqgħat internazzjonali.

Format inklużiv (UE27)

Il-ministri kellhom skambju ta' fehmiet dwar ir-rwol internazzjonali tal-euro bi tħejjija għas-Summit tal-Euro tas-26 ta' Marzu 2021.

L-għan tagħna mhuwiex li nkunu rivali ta' muniti oħra, iżda pjuttost li naħsdu l-benefiċċji ta' munita internazzjonali prezzjuża li għandna fl-euro. F'dan il-kuntest, enfasizzajna l-importanza ta' ekonomija b'saħħitha, ta' swieq finanzjarji u sistemi ta' pagament integrati, kif ukoll tal-ħidma biex jiġi żviluppat u pprovdut finanzjament ekoloġiku u diġitali. Paschal Donohoe, President tal-Grupp tal-Euro
Ħarsa ġenerali lejn il-miżuri tal-UE biex jittaffa l-impatt ekonomiku tal-pandemija
Mitigazzjoni tal-impatt ekonomiku tal-kriżi tal-COVID-19 (Infografika)

Mitigazzjoni tal-impatt ekonomiku tal-kriżi tal-COVID-19 (Infografika)

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

  • Johannes Kleis Spokesperson for Eurogroup President

  • +32 478 83 26 64
  • +32 2 281 75 32

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Grupp tal-Euro

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 13 ta' Jannar 2025