Skip to content
  • Grupp tal-Euro

Vidjokonferenza tal-Grupp tal-Euro, 18 ta' Jannar 2021

Riżultati ewlenin

Format regolari

Diskussjoni tematika: Żbilanċi fiż-żona tal-euro li rriżultaw mill-kriżi tal-COVID-19

Il-Grupp tal-Euro kellu diskussjoni tematika dwar l-iżbilanċi makroekonomiċi fiż-żona tal-euro bbażata fuq nota teknika mħejjija mill-Kummissjoni Ewropea.

Il-ministri ddiskutew dwar kemm il-kriżi tal-COVID-19 aggravat l-iżbilanċi makroekonomiċi eżistenti fil-livell taż-żona tal-euro u l-istrateġiji ta' politika meħtieġa bħala rispons.

Paschal Donohoe, President tal-Grupp tal-Euro
Il-Kummissjoni ppreżentat analiżi li turi kif hemm ir-riskju li l-kriżi tal-COVID-19 taggrava l-iżbilanċi makroekonomiċi li kienu jeżistu qabel fiż-żona tal-euro. Iżda, naturalment, filwaqt li rrikonoxxejna dak ir-riskju, għarafna wkoll li fl-aħħar ġimgħat kien hemm żviluppi pożittivi ħafna. (...) Fi ħdan il-Grupp tal-Euro għadna ferm konxji mill-ħtieġa li nibqgħu nappoġġaw lin-nies fid-djar, lill-ħaddiema u lin-negozji hekk kif qed iħabbtu wiċċhom mal-konsegwenzi ekonomiċi tar-restrizzjonijiet fit-tul b'rabta mas-saħħa. Id-diskussjoni tagħna llum ikkonfermat mill-ġdid il-kunsens qawwi ħafna dwar il-ħtieġa li tinżamm pożizzjoni baġitarja ta’ appoġġ.
Paschal Donohoe, President tal-Grupp tal-Euro
Paschal Donohoe, President tal-Grupp tal-Euro

Pjanijiet għall-Irkupru u r-Reżiljenza

Il-ministri kellhom skambju ta' fehmiet dwar it-tħejjija tal-pjanijiet nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza skont il-prijoritajiet miftiehma fir-rakkomandazzjoni għaż-żona tal-euro.

It-tlaqqigħ flimkien ta’ dawn it-tipi ta’ pjanijiet huwa eżerċizzju bla preċedent, u d-djalogu fil-Grupp tal-Euro huwa tassew siewi f’dak ir-rigward, sabiex il-ministri jkunu jistgħu jaqsmu l-esperjenzi tagħhom u jitgħallmu minn xulxin. Ser inkomplu nrawmu l-konsistenza u l-koerenza bejn il-politiki nazzjonali, l-użu tal-faċilità ta’ rkupru u l-prijoritajiet taż-żona tal-euro. Paschal Donohoe, President tal-Grupp tal-Euro
Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza
Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (Infografika)

Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (Infografika)

Format inklużiv (UE 27)

Ir-relazzjonijiet mal-Istati Uniti fil-qasam monetarju u finanzjarju

Il-Grupp tal-Euro kellu skambju ta' fehmiet dwar is-sistema monetarja u finanzjarja globali, b'mod partikolari dwar il-prospetti għall-kooperazzjoni trans-Atlantika. Lawrence H. Summers, Professur ta' Harvard u eks Segretarju tat-Teżor tal-Istati Uniti, ġie mistieden jaqsam l-għarfien u l-esperjenza tiegħu mal-Grupp tal-Euro.

Kien ta' sodisfazzjoni kbir għalina li jkollna magħna l-Professur Summers, li qasam magħna dan l-għarfien tiegħu bbażat fuq għexieren ta' snin esperjenza fl-ogħla livelli fit-tfassil tal-politika ekonomika u maniġġjar ta' kriżijiet. Din il-kriżi fakkritna li kemm il-problemi kif ukoll is-soluzzjonijiet imorru lil hinn mill-fruntieri nazzjonali u dojoq. Iżda llum ħassejt ottimiżmu ġenerali fi ħdan il-Grupp tal-Euro li ser naraw dinamika ġdida fl-involviment mas-sħab tagħna l-aktar importanti. Paschal Donohoe, President tal-Grupp tal-Euro

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

  • Johannes Kleis Spokesperson for Eurogroup President

  • +32 478 83 26 64
  • +32 2 281 75 32

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Grupp tal-Euro

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 13 ta' Jannar 2025