"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.
Bil-permess tiegħek, ser nużaw cookies biex nipproduċu data aggregata anonima dwar in-navigazzjoni u l-imġiba tal-viżitaturi fuq is-sit web tagħna. Ser nużaw din id-data biex intejbu l-esperjenza tiegħek tan-navigazzjoni fuq is-sit web tagħna.
Vidjokonferenza tal-Grupp tal-Euro, 16 ta' April 2021
Riżultati ewlenin
Format regolari
Laqgħat internazzjonali
Il-President tal-Grupp tal-Euro, Paschal Donohoe, għarraf lill-Grupp tal-Euro dwar id-diskussjonijiet fil-laqgħat tar-rebbiegħa tal-Grupp tal-Bank Dinji u tal-Fond Monetarju Internazzjonali, li fihom huwa rrappreżenta liż-żona tal-euro.
Diskussjoni tematika dwar l-oqfsa ta' insolvenza
Il-Grupp tal-Euro kellu diskussjoni tematika dwar l-oqfsa ta' insolvenza bbażata fuq nota teknika mħejjija mill-Kummissjoni.
Oqfsa ta' insolvenza effettivi u effiċjenti huma importanti ħafna biex jinkiseb irkupru aktar rapidu kif ukoll tkabbir aktar robust u integrazzjoni finanzjarja aktar sħiħa fiż-żona tal-euro fil-futur.
L-euro bħala munita diġitali
Il-ministri għall-finanzi evalwaw il-ħidma li għaddejja dwar l-euro bħala munita diġitali. Id-diskussjoni kienet ibbażata fuq rapport mill-BĊE li jiddeskrivi fil-qosor ir-riżultati tal-konsultazzjoni dwar l-euro diġitali mnedija fit-12 ta' Ottubru 2020.
L-euro diġitali huwa proġett importanti, mhux biss teknikament, iżda wkoll politikament, u nistenna li l-ministri tal-Grupp tal-Euro ser ikollhom rwol importanti biex iqisu l-każ għal munita diġitali u d-dimensjonijiet politiċi tagħha.
Paschal Donohoe, President tal-Grupp tal-Euro
Il-ministri eżaminaw il-prattiki attwali tal-Grupp tal-Euro dwar it-trasparenza.
F'dawn l-aħħar snin, il-Grupp tal-Euro għamel progress sinifikanti fit-titjib tat-trasparenza tal-ħidma tiegħu u fit-titjib tal-komunikazzjoni pubblika tiegħu. Il-Grupp jeżamina l-politika ta' trasparenza tiegħu b'mod regolari.
Format inklużiv (UE27)
Unjoni bankarja
Il-president tal-Grupp ta' Ħidma ta' Livell Għoli dwar Skema Ewropea ta' Assigurazzjoni tad-Depożiti (EDIS), Tuomas Saarenheimo, informa lill-ministri dwar il-progress li sar fit-tħejjija bbażata fuq il-kunsens ta' pjan ta' ħidma li jikkonsisti minn passi marbuta biż-żmien dwar l-elementi pendenti kollha meħtieġa biex titlesta l-unjoni bankarja. Ir-rapport intalab mis-summit tal-Euro f'Diċembru 2020.
Is-sistema bankarja tagħna wriet ir-reżiljenza tagħha sal-lum matul l-era tal-Covid-19, u dan huwa r-riżultat tal-isforzi komuni tagħna matul l-aħħar deċennju fil-bini u fit-tisħiħ tal-unjoni bankarja għal dan il-punt. Għalhekk ksibna ħafna, iżda llum kien hemm impenn minn kulħadd biex inħarsu lejn kif nistgħu niksbu aktar.
Paschal Donohoe, President tal-Grupp tal-Euro
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.