Skip to content
  • Grupp tal-Euro

Vidjokonferenza tal-Grupp tal-Euro, 16 ta' Diċembru 2020

Riżultati ewlenin

Sitwazzjoni makroekonomika

Il-Grupp tal-Euro kellu skambju ta' fehmiet dwar is-sitwazzjoni ekonomika fiż-żona tal-euro.

Paschal Donohoe, President tal-Grupp tal-Euro
Aħna vvalutajna fejn ninsabu issa abbażi tal-aħħar projezzjonijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew. It-tieni mewġa (tal-COVID-19) qed ikollha impatt sinifikanti fuq l-ekonomija Ewropea issa hekk kif qed noqorbu lejn tmiem l-2020, iżda ma nistennewx li l-bidla tkun komparabbli mat-taqlib li esperjenzajna matul l-ewwel mewġa. Barra minn hekk, il-prospetti tagħna qed isiru aktar ċari bis-saħħa tal-iżviluppi mil-lat tal-vaċċin.
Paschal Donohoe, President tal-Grupp tal-Euro
Paschal Donohoe, President tal-Grupp tal-Euro

Abbozzi tal-pjanijiet baġitarji u s-sitwazzjoni u l-prospetti baġitarji taż-żona tal-euro

Il-Grupp tal-Euro ddiskuta s-sitwazzjoni baġitarja ġenerali u l-prospetti fiż-żona tal-euro, u eżamina s-sitwazzjoni ekonomika u fiskali fl-istati membri taż-żona tal-euro.

Din is-sena, l-enfasi hija b'mod determinat fuq il-koordinazzjoni tal-politiki tagħna biex nipproteġu liċ-ċittadini mill-akbar ammont ta' ħsara ekonomika possibbli. Illum ħriġna dikjarazzjoni fejn impenjajna mill-ġdid il-grupp tagħna għal miżuri ta' politika f'waqthom, temporanji u mmirati. Erġajna kkonfermajna li ż-żona tal-euro ser tmexxi politika baġitarja ta' appoġġ matul l-2021 biex tħares u tappoġġa liċ-ċittadini tagħna matul dan il-perjodu diffiċli ħafna. Paschal Donohoe, President tal-Grupp tal-Euro

Id-diskussjoni kienet ibbażata fuq l-opinjonijiet tal-Kummissjoni dwar l-abbozzi tal-pjanijiet baġitarji (DBPs) tad-19-il stat membru taż-żona tal-euro kif ukoll fuq il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-valutazzjoni ġenerali tagħha tad-DBPs, ippubblikata fit-18 ta' Novembru 2020.

L-eżitu ta' din id-diskussjoni huwa rifless f'dikjarazzjoni tal-Grupp tal-Euro.

Sorveljanza taż-żona tal-euro: rakkomandazzjoni għall-2021 għaż-żona tal-euro

Il-Grupp tal-Euro ddiskuta l-abbozz ta' rakkomandazzjoni għall-2021 indirizzata liż-żona tal-euro fil-kuntest tas-Semestru Ewropew u qabel dwar il-prijoritajiet ta' politika għall-2021.

Hemm ammont enormi quddiemna fl-2020. Iżda b'dan il-pjan u bl-għan komuni tal-Grupp tal-Euro, nemmen li nistgħu nistennew bil-ħerqa l-2021 b'sens akbar ta' fiduċja li nistgħu negħlbu l-isfidi li ffaċċjajna fl-2020. Paschal Donohoe, President tal-Grupp tal-Euro

Ir-rakkomandazzjoni ser tiġi approvata mill-Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji fl-2021 u, wara l-approvazzjoni tagħha mill-Kunsill Ewropew, tiġi adottata formalment mill-Kunsill.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

  • Johannes Kleis Spokesperson for Eurogroup President

  • +32 478 83 26 64
  • +32 2 281 75 32

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Grupp tal-Euro

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 13 ta' Jannar 2025