Skip to content
  • Grupp tal-Euro

Grupp tal-Euro, 17 ta' Jannar 2022

Riżultati ewlenin

Il-punti ewlenin tal-laqgħa tal-Grupp tal-Euro

Format regolari

Aġġustament ekonomiku u reżiljenza

Il-Grupp tal-Euro kellu diskussjoni tematika dwar l-aġġustament ekonomiku u r-reżiljenza f'termini tal-prestazzjoni reċenti taż-żona tal-euro meta mqabbla mal-pari internazzjonali, abbażi ta' kontribut mill-Kummissjoni Ewropea. L-Ekonomista Prinċipali tal-OECD, Laurence Boone, ipparteċipat fl-iskambju ta' fehmiet mal-ministri dwar dan is-suġġett.

Paschal Donohoe, President tal-Grupp tal-Euro
Din id-diskussjoni ssottolinjat għalina lkoll li l-isforzi li għamilna biex ngħinu lill-ekonomija Ewropea tirkupra mill-COVID-19 kienu xierqa, kienu proporzjonati, u għamlu differenza kbira biex jgħinu liċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea. Jekk inħares lejn fejn ninsabu issa, issa nistgħu naraw irkupru ekonomiku li huwa b'saħħtu minkejja l-ħafna riskji u l-ħafna sfidi.
Paschal Donohoe, President tal-Grupp tal-Euro
Paschal Donohoe, President tal-Grupp tal-Euro

Il-vulnerabbiltà korporattiva u l-iżviluppi strutturali wara l-COVID-19

Il-ministri kellhom diskussjoni tematika dwar is-sitwazzjoni tas-solvenza tas-settur korporattiv u l-miżuri potenzjali biex jiġu ffaċilitati r-ristrutturar korporattiv u l-aġġustament ekonomiku fiż-żona tal-euro fl-irkupru wara l-pandemija globali tal-COVID-19.

Rakkomandazzjoni għaż-żona tal-euro għall-2022

Il-ministri ddiskutew l-abbozz ta' rakkomandazzjoni dwar il-politika ekonomika taż-żona tal-euro għall-2022. L-abbozz ta' rakkomandazzjoni ser jiġi approvat fil-laqgħa tal-ECOFIN fit-18 ta' Jannar 2022 u approvat mill-Kunsill Ewropew ta' Marzu. L-adozzjoni finali tiegħu hija mistennija f'laqgħa sussegwenti tal-ECOFIN.

Rieżami tal-governanza ekonomika – aspetti taż-żona tal-euro

Il-ministri ddiskutew il-qafas fiskali taż-żona tal-euro u l-arranġamenti għall-assistenza finanzjarja u s-sorveljanza ta' wara l-programm. Id-diskussjoni kienet ibbażata fuq il-pjan ta' ħidma tal-Grupp tal-Euro li jispeċifika l-involviment tiegħu fir-rieżami tal-governanza ekonomika.

Kellna l-ewwel diskussjoni sostantiva tagħna dwar id-dimensjoni taż-żona tal-euro tal-qafas ta' governanza ekonomika. U f'din il-parti tal-laqgħa tagħna, aħna smajna ħafna fehmiet mill-gvernijiet fir-rigward tal-proċess tal-abbozz tal-pjan baġitarju, il-proċeduri ta' sorveljanza li huma fis-seħħ, ir-regoli fiskali, il-valur tal-koordinazzjoni tal-politika ekonomika nazzjonali, kif ukoll fir-rigward ta' kif nistgħu niżguraw li jkollna impenji fis-seħħ fir-rigward tal-finanzi nazzjonali tagħna, li dawn jiġu ssodisfati u ssorveljati b'mod trasparenti. Paschal Donohoe, President tal-Grupp tal-Euro

Format inklużiv

Unjoni bankarja

Il-ministri ddiskutew is-sitwazzjoni attwali dwar it-tisħiħ tal-unjoni bankarja, b'mod partikolari t-triq 'il quddiem biex jiġi ffinalizzat pjan ta' ħidma kunsenswali, gradwali u marbut biż-żmien dwar l-elementi pendenti kollha. Il-ministri ħadu kont ukoll tar-ratifika tat-trattat rivedut dwar il-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà (MES).

Fil-perjodu li ġej ser inressaq inizjattiva oħra dwar l-Unjoni Bankarja li ser tistabbilixxi kif irridu nagħmlu progress u nilħqu ftehim dwar il-flussi ta' ħidma u l-files differenti. Biex nenfasizza, f'dan l-istadju dan mhuwiex dwar l-ilħuq ta' qbil dwar qasam ta' politika partikolari fi ħdan l-Unjoni Bankarja. Dan huwa proċess biex il-proġetti kollha fl-Unjoni Bankarja jitmexxew 'il quddiem u biex jintlaħaq qbil dwar kif ser norganizzawhom u kif ser ninvolvu ruħna fihom. Paschal Donohoe, President tal-Grupp tal-Euro

Il-President tal-Grupp tal-Euro informa wkoll lill-ministri dwar is-Summit tal-Euro ta' Diċembru, u l-Grupp tal-Euro qasam il-fehmiet tiegħu dwar is-segwitu.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

  • Johannes Kleis Spokesperson for Eurogroup President

  • +32 478 83 26 64
  • +32 2 281 75 32

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Grupp tal-Euro

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 13 ta' Jannar 2025