- Kunsill Ewropew
Kunsill Ewropew, 19-20/03/2015, 19 u 20 ta' Marzu 2015
Il-laqgħa tal-Kunsill Ewropew bdiet b'minuta ta' silenzju għall-vittmi tal-attakk terroristiku kontra t-Tuneżija fit-18 ta' Marzu 2015.
Waqt il-laqgħa, il-mexxejja tal-UE qablu li jistabbilixxu Unjoni tal-Enerġija. Huma ddiskutew ukoll suġġetti ekonomiċi u relazzjonijiet esterni, is-sitwazzjoni fil-Libja, ir-relazzjonijiet mar-Russja u l-Ukrajna, u l-objettivi tas-summit tas-Sħubija tal-Lvant li jmiss f'Riga.
Unjoni tal-Enerġija
Il-Kunsill Ewropew qabel li jistabbilixxi l-ewwel passi ta’ Unjoni tal-Enerġija. Il-mexxejja tal-UE huma impenjati li jibnu enerġija bi prezz li jista’ jintlaħaq, sigura u sostenibbli fl-UE.
Fil-laqgħa tagħhom, id-diskussjoni tagħhom iffukat fuq is-sigurtà tal-enerġija u t-trasparenza f’kuntratti tal-gass. Il-kuntratti kollha tal-gass għandhom ikunu konformi mal-liġi tal-UE, aktar trasparenti u m’għandux ikollhom impatt negattiv fuq is-sigurtà tal-enerġija tal-Ewropa.
Il-mexxejja tal-UE qablu wkoll li:
- jiżviluppaw strateġiji innovattivi għal ġenerazzjoni ġdida ta’ enerġiji rinnovabbli u żieda fl-effiċjenza enerġetika
- isaħħu d-diplomazija tal-UE fil-qasam tal-klima għal summit dwar il-klima ta’ suċċess f'Pariġi f’Diċembru 2015
- European Council conclusions on Energy Union, 19 March 2015
- Energy union: secure, sustainable, competitive and affordable energy for Europe
Relazzjonijiet esterni
Sħab tal-Lvant
Il-mexxejja tal-UE qablu mal-objettivi tas-Summit tas-Sħubija tal-Lvant, li ser isir f’Riga fil-21 u t-22 ta' Mejju 2015. Il-Kunsill Ewropew tenna l-impenn tiegħu lejn is-sħab tal-Lvant u stabbilixxa t-tisħiħ tal-istituzzjonijiet demokratiċi lejn il-Lvant bħala prijorità.
Relazzjonijiet mar-Russja u l-Ukrajna
Il-mexxejja ddeċidew li jallinjaw ir-reġim tas-sanzjonijiet eżistenti mal-implimentazzjoni tal-ftehimiet ta’ Minsk. Is-sanzjonijiet ekonomiċi se jibqgħu infurzati sa tmiem l-2015 meta l-aħħar punt tal-pjan ta’ paċi għandu jiġi implimentat: l-Ukrajna terġa' tikseb il-kontroll fuq il-fruntieri tagħha fil-Lvant.
Il-mexxejja tal-UE saħqu wkoll dwar il-ħtieġa li tiġi sfidata l-kampanja attwali ta' diżinformazzjoni pubblika tar-Russja dwar il-konflitt fl-Ukrajna. Ir-Rappreżentant Għoli tal-UE, Federica Mogherini, se tħejji pjan ta’ azzjoni dwar komunikazzjoni strateġika għall-Kunsill Ewropew ta’ Ġunju.
- European Council conclusions on Ukraine and relations with Russia, 19 March 2015
- Overview of EU restrictive measures in response to the crisis in Ukraine
Libja
L-UE tibqa' impenjata lejn it-transizzjoni tal-Libja u l-ħidma tar-Rappreżentant Speċjali tan-NU, Bernardino Leon. Il-mexxejja tal-UE appellaw għal waqfien mill-ġlied immedjat u bla kondizzjonijiet, u qbil rapidu dwar Gvern ta' Unità Nazzjonali.
Il-mexxejja tal-UE rrikonoxxew il-ħtieġa li l-migrazzjoni tiġi amministrata tajjeb u li jiġu implimentati l-azzjonijiet, li ntlaħaq qbil dwarhom mill-Kunsill f'Ottubru tal-2014 biex il-flussi migratorji jkunu mmexxija aħjar, u jissaħħu Triton u l-Operazzjoni tal-Frontex fiċ-ċentru tal-Mediterran. Huwa meħtieġ sforz aktar ikkoordinat biex jiżdied l-appoġġ tal-UE għall-pajjiżi ta' oriġini u ta' transitu.
Suġġetti ekonomiċi
Semestru Ewropew 2015
Il-Kunsill Ewropew ddiskuta s-sitwazzjoni ekonomika fl-Ewropa u l-implimentazzjoni ta' riformi strutturali mill-Istati Membri.
Il-mexxejja approvaw it-tliet prijoritajiet tal-istħarriġ annwali dwar it-tkabbir tal-2015:
- l-investiment
- ir-riformi strutturali
- ir-responsabbiltà fiskali
Huma stiednu lill-istati membri biex jirriflettu dawn il-prijoritajiet fil-programmi ta' riforma nazzjonali tagħhom u l-programmi ta' stabbiltà jew konverġenza tagħhom, li huma mistennija f'Mejju tal-2015.
Pjan ta' investiment għall-Ewropa
Il-mexxejja tal-UE laqgħu l-adozzjoni tal-pożizzjoni ta' negozjar tal-Kunsill dwar il-proposta dwar il-Fond Ewropew għal investimenti strateġiċi (FEIS).
Il-Kunsill Ewropew jistenna li n-negozjati mal-Parlament Ewropew jintemmu f’Ġunju tal-2015 biex jippermettu li l-Fond jibda jaħdem minn nofs l-2015.
Il-mexxejja ddiskutew ukoll is-sitwazzjoni attwali fin-negozjati mal-Istati Uniti dwar il-ftehim tas-Sħubija Trans-Atlantika ta' Kummerċ u ta' Investiment (TTIP). Huma tennew l-impenn tagħhom li jikkonkludu n-negozjati sal-aħħar tas-sena u li jżidu l-isforzi biex jiġu kkomunikati l-benefiċċji tal-ftehim.
Ittra ta’ stedina u nota ta’ spjegazzjoni
Summit soċjali tripartitiku
Fid-19 ta’ Marzu, qabel il-laqgħa tal-Kunsill Ewropew, Donald Tusk issieħeb ma' Jean-Claude Juncker u Laimdota Straujuma, Prim Ministru tal-Latvja biex jippresjedu s-summit, forum ta' djalogu bejn l-istituzzjonijiet tal-UE u s-sħab soċjali Ewropej.
It-tema tas-summit soċjali tar-rebbiegħa kien 'Ninvestu fit-tkabbir u noħolqu x-xogħol: insaħħu l-kontribut tas-sħab soċjali.'
Dokumenti tal-laqgħat
Stqarrijiet għall-istampa
Rapport mill-President Donald Tusk lill-Parlament Ewropew dwar il-Kunsill Ewropew ta’ Marzu 2015 - 25/03/2015
Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew, 19 u 20 ta' Marzu 2015 - 20/03/2015
Kummenti mill-President Donald Tusk wara l-laqgħa tal-Kunsill Ewropew, 20 ta’ Marzu 2015 - 20/03/2015
Dikjarazzjoni tal-Kunsill Ewropew dwar it-Tuneżija - 20/03/2015
Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew dwar ir-relazzjonijiet esterni (19 ta' Marzu 2015) - 19/03/2015
Kummenti mill-President Donald Tusk wara l-ewwel sessjoni tal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew - 19/03/2015
Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew dwar l-Unjoni tal-Enerġija (19 ta' Marzu 2015) - 19/03/2015
Ittra ta' stedina mill-President Donald Tusk għal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew - 18/03/2015
Tagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Beatriz Navarro Deputy spokesperson for the European Council President
- +32 471 33 22 92
- +32 2 281 51 50
-
Maria Tomasik Spokesperson for the European Council President
- +32 470 88 23 83
- +32 2 281 51 50
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
- Segwi @EUCouncilPressgħall-aħħar aġġornamenti għall-istampa.
- Hashtag fuq X: #EUCO
Laqgħat oħra: Kunsill Ewropew
Laqgħat li seħħew
L-aħħar reviżjoni: 15 ta' Jannar 2025