"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.
Bil-permess tiegħek, ser nużaw cookies biex nipproduċu data aggregata anonima dwar in-navigazzjoni u l-imġiba tal-viżitaturi fuq is-sit web tagħna. Ser nużaw din id-data biex intejbu l-esperjenza tiegħek tan-navigazzjoni fuq is-sit web tagħna.
Vidjokonferenza tal-ministri għall-edukazzjoni, 18 ta' Mejju 2020
Riżultati ewlenin
Il-ministri kellhom skambju ta' fehmiet dwar l-impatt tat-tifqigħa tal-COVID-19 fuq l-edukazzjoni u t-taħriġ madwar l-UE, b'mod partikolari fil-kuntest tat-tneħħija gradwali tal-miżuri ta' konteniment.
''Aħna lkoll konxji mill-ansjetajiet tal-istudenti, tal-għalliema u tal-ġenituri, u għalhekk qegħdin nagħmlu l-almu tagħna biex ngħinuhom isibu t-triq fil-ħafna sfidi li s-settur tal-edukazzjoni qed jiffaċċa matul il-pandemija tal-COVID-19, inkluż il-kwistjoni tal-eżamijiet.
Blaženka Divjak, ministru għax-Xjenza u l-Edukazzjoni tal-Kroazja
Id-diskussjoni kienet strutturata madwar mistoqsijiet relatati mal-ftuħ mill-ġdid tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ, b'enfasi partikolari fuq l-aspetti organizzazzjonali u ta' sikurezza, kif ukoll fuq is-sitwazzjoni attwali rigward l-eżamijiet tat-tluq mill-iskola u l-ammissjonijiet għall-edukazzjoni għolja. Barra minn hekk, il-ministri rriflettew dwar kif il-kooperazzjoni tal-istati membri tista' tiffaċilita l-kontinwità tal-mobbiltà għat-tagħlim transfruntier.
Fl-iskambju tagħhom, il-ministri qasmu informazzjoni dwar approċċi nazzjonali differenti fir-rigward ta':
l-istadji u l-iskedar tal-ftuħ mill-ġdid tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ
miżuri iġjeniċi, sanitarji u organizzazzjonali
organizzazzjoni tal-eżamijiet finali u l-ammissjonijiet għall-edukazzjoni għolja
kundizzjonijiet għall-issoktar tal-istudji mis-sena akkademika li jmiss
mobbiltà għat-tagħlim madwar l-UE
Id-diskussjoni kienet ukoll opportunità biex isir kontribut għall-ħidma fuq l-abbozz ta' konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-ġlieda kontra l-kriżi tal-COVID-19 fir-rigward tal-edukazzjoni u t-taħriġ.
Barra minn hekk, il-presidenza Kroata infurmat lill-istati membri dwar is-sitwazzjoni attwali rigward l-adozzjoni tal-abbozz ta' konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-għalliema u dawk li jħarrġu Ewropej għall-futur.
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.