Skip to content
  • Kunsill Edukazzjoni, Żgħażagħ, Kultura u Sport

Vidjokonferenza tal-ministri għall-isport, 2 ta' Ġunju 2020

Riżultati ewlenin

Sport

Il-ministri kellhom skambju ta' fehmiet dwar il-passi li jmiss fl-indirizzar tal-impatt tal-pandemija tal-COVID-19 fuq is-settur tal-isport fuq perjodu ta' żmien qasir, medju u twil. L-għan tad-diskussjoni kien li jikkontribwixxi għall-irkupru tas-settur u li tinbena reżiljenza fid-dawl ta' żviluppi futuri imprevedibbli.

Id-dibattitu kien strutturat madwar is-suġġetti li ġejjin:

  • il-miżuri meħuda jew ippjanati biex l-attivitajiet sportivi jerġgħu jibdew b'mod sostenibbli
  • l-isfidi ewlenin li nqalgħu
  • it-tisħiħ tal-kooperazzjoni bejn l-istati membri, l-UE u l-moviment sportiv
  • it-tip ta' appoġġ attwalment disponibbli għas-settur tal-isport fil-livell tal-UE u dak nazzjonali
Tomislav Družak, Segretarju tal-Istat
Għandha ssir enfasi speċjali fuq ir-ritorn sikur ta' atleti u ċittadini f'attivitajiet sportivi u dwar it-tnedija ta' avvenimenti sportivi mingħajr ma tiġi pperikolata s-saħħa pubblika. Huwa meħtieġ ukoll li jitkompla t-tisħiħ tad-djalogu mal-moviment sportiv fil-livelli kollha – minn dak lokali għal dak internazzjonali – sabiex jiġu indirizzati b'mod konġunt aġġustamenti fit-tul għall-bidliet li nġiebu minn din il-kriżi.
Tomislav Družak, Segretarju tal-Istat
Tomislav Družak, Segretarju tal-Istat

Il-ministri qablu li l-attivitajiet sportivi kollha għandhom jerġgħu jibdew f'kundizzjonijiet sikuri u saħqu dwar l-importanza ekonomika u soċjali tas-settur tal-isport. Huma skambjaw l-aħjar prattiki u enfasizzaw diversi punti, b'mod partikolari:

  • l-użu ta' fondi u programmi tal-UE biex jiġi appoġġat is-settur tal-isport, b'mod partikolari l-Erasmus+, l-Inizjattiva ta' investiment fir-rispons għall-coronavirus u l-ġimgħa Ewropea tal-isport
  • l-għarfien tar-rwol tal-isport u l-importanza tiegħu għall-iżvilupp soċjali u ekonomiku fil-miżuri u l-istrumenti futuri tal-UE
  • il-koordinament tal-proċeduri mal-organizzazzjonijiet sportivi Ewropej bil-għan li l-attivitajiet sportivi jitkomplew b'mod sikur
  • l-iżgurar ta' djalogu kontinwu mal-moviment sportiv
  • il-ħruġ ta' linji gwida għat-twettiq ta' attivitajiet sportivi f'kundizzjonijiet sikuri fil-livelli kollha
  • l-għoti ta' appoġġ addizzjonali għall-preservazzjoni tal-impjiegi, għall-kumpens għat-telf mill-paga u għall-implimentazzjoni ta' skemi ta' benefiċċji tal-qgħad

Il-presidenza Kroata rringrazzjat lill-istati membri għall-kooperazzjoni u l-kontribut tagħhom għall-finalizzazzjoni tal-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar it-tisħiħ tal-pożizzjoni tal-kowċis biż-żieda ta' opportunitajiet għall-kisba ta' ħiliet u kompetenzi. Dawn il-konklużjonijiet ser jiġu adottati permezz ta' proċedura bil-miktub.

L-UE qed tgħin lis-settur sportiv ikompli bl-attivitajiet b'mod sikur

Dokumenti tal-laqgħat

Dokumenti ta' eżitu

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Edukazzjoni, Żgħażagħ, Kultura u Sport

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 14 ta' Jannar 2025