"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.
Bil-permess tiegħek, ser nużaw cookies biex nipproduċu data aggregata anonima dwar in-navigazzjoni u l-imġiba tal-viżitaturi fuq is-sit web tagħna. Ser nużaw din id-data biex intejbu l-esperjenza tiegħek tan-navigazzjoni fuq is-sit web tagħna.
Vidjokonferenza tal-ministri għall-edukazzjoni, 30 ta' Novembru 2020
Ir-riżultati ewlenin
Solidarjetà għall-vittmi ta' attakki terroristiċi fl-Ewropa
Biex juru l-impenn tagħhom għal-libertà tal-espressjoni u l-valuri Ewropej, il-ministri esprimew solidarjetà mal-vittmi tal-attakki terroristiċi reċenti fl-Ewropa.
Żona Ewropea tal-Edukazzjoni
Il-ministri kellhom dibattitu dwar l-għanijiet u l-prijoritajiet tal-kooperazzjoni fl-edukazzjoni u t-taħriġ fost l-istati membri sabiex tinkiseb Żona Ewropea tal-Edukazzjoni sal-2025.
Matul il-pandemija, is-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ madwar l-UE għaddew minn prova diffiċli ħafna. Żdiedu l-modi ġodda ta' kif wieħed jitgħallem u jgħallem. Il-professjonisti tal-edukazzjoni, t-tfal tal-iskola u l-istudenti jeħtieġ li jadattaw għas-sitwazzjoni l-ġdida. Għalhekk, l-istati membri huma impenjati bis-sħiħ biex jibnu sistemi reżiljenti ta' edukazzjoni u taħriġ. Il-kisba taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni sal-2025 tibqa' prijorità u l-kooperazzjoni fost l-istati membri ser tkun kruċjali. Irridu nkomplu ninvestu fl-edukazzjoni u t-taħriġ sabiex nappoġġaw l-irkupru tal-UE u niksbu soċjetà u ekonomija Ewropea aktar inklużivi, reżiljenti u sostenibbli.
Anja Karliczek, Ministru Federali tal-Ġermanja għall-edukazzjoni u r-riċerka
L-isem tad-dibattitu kien It-tiswir taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni u l-qafas strateġiku li jmiss għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ - it-triq 'il quddiem. Id-diskussjoni tal-ministri kienet strutturata madwar il-mistoqsijiet li ġejjin:
meta tqis l-objettiv ġenerali li tinkiseb iż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni sal-2025, fil-fehma tiegħek, liema huma l-aktar għanijiet strateġiċi u kwistjonijiet ta' prijorità rilevanti li l-kooperazzjoni tal-istati membri fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ għandha tiffoka fuqhom fil-ħames sal-għaxar snin li ġejjin?
f'dan l-isfond, kif tara l-ħames miri proposti fil-livell tal-UE li għandhom jintlaħqu sal-2030?
Il-ministri kkonfermaw l-appoġġ tal-istati membri għaż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni u l-għanijiet ewlenin tagħha u laqgħu l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni "“ Il-Kisba sal-2025 taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni" ippubblikata fit-30 ta' Settembru 2020. Huma identifikaw xi mistoqsijiet miftuħa, bħall-mekkaniżmu ta' governanza taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni u l-miri fil-livell tal-Unjoni proposti li għandhom jintlaħqu sal-2030.
Ħafna ministri appellaw għal kontinwità fir-rigward tal-istruttura ta' governanza attwali u kienu tal-fehma li l-kompetenzi nazzjonali jeħtieġ li jiġu rispettati. Id-delegazzjonijiet argumentaw ukoll li l-mekkaniżmi ta' kooperazzjoni eżistenti u ttestjati, bħal dawk fil-qafas tal-proċess ta' Bolonja, għandhom ikomplu jiffunzjonaw.
Il-ministri enfasizzaw ukoll l-importanza li jinħolqu u jintużaw sinerġiji bejn il-programmi u l-inizjattivi, bħaż-Żona Ewropea tar-Riċerka u l-Aġenda Ewropea għall-Ħiliet.
Il-ministri wrew kunsens wiesa' dwar il-ħtieġa li t-titjib tal-ħiliet u t-taħriġ tal-għalliema u l-edukaturi jitqiegħdu fil-qalba tal-isforzi biex tinbena ż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni. Xi delegazzjonijiet issuġġerew li jiġu offruti prospetti aħjar ta' karriera għall-għalliema u l-edukaturi u li jinstabu modi biex tiġi żgurata l-attraenza tal-professjoni tal-għalliema.
Dwar il-miri fil-livell tal-UE stabbiliti fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni u proposti biex jintlaħqu sal-2030, ħafna ministri insistew li jitqiesu ċ-ċirkostanzi u l-ispeċifiċitajiet nazzjonali, u appellaw għall-iżvilupp ta' indikaturi li jqisu d-diversità tas-sistemi edukattivi nazzjonali.
Il-kwalità tal-edukazzjoni, l-apprendiment imsaħħaħ tal-lingwi, iż-żieda fil-mobilità, l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u r-rikonoxximent reċiproku tal-kwalifiki kienu fost il-prijoritajiet imsemmija sabiex tinbena b'suċċess iż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni.
ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (VET) għall-kompetittività sostenibbli, il-ġustizzja soċjali u r-reżiljenza
il-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-edukazzjoni diġitali fis-soċjetajiet tal-għarfien tal-Ewropa
Il-ministri rċevew informazzjoni aġġornata dwar is-sitwazzjoni attwali fl-istati membri tal-UE, il-pajjiżi tal-EFTA u taż-ŻEE biex ilaħħqu mal-COVID-19 fl-oqsma tal-edukazzjoni u t-taħriġ.
Il-presidenza Portugiża li jmiss tal-Kunsill ippreżentat il-prijoritajiet tagħha fil-qasam tal-edukazzjoni.
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.