"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Edukazzjoni, Żgħażagħ, Kultura u Sport

Vidjokonferenza tal-ministri għall-edukazzjoni, 23 ta' Ġunju 2020

Riżultati ewlenin

Edukazzjoni

Abbażi ta' nota ta' informazzjoni mill-presidenza, il-ministri responsabbli għall-edukazzjoni skambjaw fehmiet dwar it-tagħlimiet miksuba mill-kriżi bħala bażi għal deċiżjonijiet futuri infurmati. Ġew mistiedna wkoll biex jiddiskutu innovazzjonijiet possibbli fl-edukazzjoni u t-taħriġ, kif ukoll il-pjanijiet dwar it-tħejjijiet għas-sena skolastika u akkademika li jmiss.

Blaženka Divjak, Ministru għax-Xjenza u l-Edukazzjoni tal-Kroazja
Kriżi tista' tkun ukoll opportunità ta' tagħlim. It-tagħlimiet miksuba matul ix-xhur li għaddew għandhom jispirawna biex nibdlu l-isfidi f'opportunitajiet. L-attivitajiet ta' tagħlim online jistgħu biss jiżdiedu u rridu nesploraw kif nużaw l-innovazzjoni u t-teknoloġija biex niksbu edukazzjoni ta' kwalità u inklużiva. L-isforzi tagħna għandhom ikunu ffukati fuq aktar trasformazzjoni diġitali, u fl-istess ħin jiġu żgurati opportunitajiet indaqs u benesseri.
Blaženka Divjak, Ministru għax-Xjenza u l-Edukazzjoni tal-Kroazja
Blaženka Divjak, Ministru għax-Xjenza u l-Edukazzjoni tal-Kroazja

Il-ninistri enfasizzaw l-attitudnijiet pożittivi tat-tfal tal-iskola, l-istudenti u l-għalliema lejn it-tagħlim mill-bogħod, iżda qablu wkoll b'mod ġenerali li l-edukazzjoni u t-taħriġ online ser jeħtieġu ħiliet diġitali aħjar, tagħmir teknoloġiku aġġornat u applikazzjoni usa' ta' teknoloġiji diġitali fit-tagħlim u l-apprendiment.

Il-ministri identifikaw xi sfidi, bħall-inklużjoni soċjali tat-tfal tal-iskola u l-istudenti kollha, b'mod partikolari dawk li ġejjin minn ambjent żvantaġġat, id-disponibbiltà ta' tagħmir diġitali u l-aċċess għall-internet, kif ukoll iċ-ċibersigurtà. Bħala sfida importanti, il-ministri semmew ukoll l-għoti ta; ħiliet diġitali adegwati lill-għalliema, it-tfal tal-iskola u l-istudenti.

L-Istati Membri qed jaħdmu fuq il-pjanijiet għas-sena skolastika/akkademika li jmiss. Madankollu, ħafna ministri kkondividew il-fehma li d-deċiżjonijiet finali ser jiddependu fuq is-sitwazzjoni epidemjoloġika.

Id-diskussjoni żvelat li, f'dan il-punt, ma kien hemm l-ebda indikazzjoni li l-ftuħ mill-ġdid ta' istituzzjonijiet ta' edukazzjoni u taħriġ kien żied in-numru ta' każijiet ikkonfermati ta' COVID-19 madwar l-istati membri tal-UE.

Fl-aħħarnett, ħafna ministri enfasizzaw li t-tagħlim mill-bogħod qatt ma jista' jieħu post l-esperjenza ta' tagħlim u apprendiment wiċċ imb wiċċ interattiva u soċjalment intensiva.

Il-ministri għall-edukazzjoni tal-UE jħarsu lejn it-tagħlimiet meħuda u jiddiskutu l-innovazzjonijiet

Dokumenti tal-laqgħat

Dokumenti ta' eżitu

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Edukazzjoni, Żgħażagħ, Kultura u Sport

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 14 ta' Jannar 2025