"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Barranin

Kunsill Affarijiet Barranin, 10/02/2014, 10 ta' Frar 2014

Tiġi stabbilita formalment l-operazzjoni militari fir-Repubblika Ċentru-Afrikana

Imlaqqgħin fil-Kunsill Affarijiet Barranin, il-ministri tal-UE stabbilixxew formalment l-operazzjoni militari tal-UE fir-Repubblika Ċentru-Afrikana, li fetħet it-triq biex tintervjeni rapidament fil-ġimgħat li ġejjin.

Id-deċiżjoni tal-Kunsill Affarijiet Barranin adottata t-Tnejn l-10 ta' Frar toħloq il-bażi legali għall-operazzjoni fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (RCA). L-operazzjoni militari l-ġdida, li ngħatat l-isem EUFOR RCA, ser tagħti appoġġ temporanju biex tiżgura ż-żona madwar il-belt kapitali, Bangui. Din ser tikkontribwixxi għall-isforzi internazzjonali eżistenti biex jiġu protetti l-popolazzjonijiet li l-aktar qegħdin f'riskju, waqt li tiżgura li l-għajnuna umanitarja tista' tilħaq lil dawk li jeħtiġuha. Il-Ministri ddiskutew ukoll is-sigurtà u l-kriżi umanitarja fir-RCA, u adottaw konklużjonijiet.

Ukoll, fil-Kunsill Affarijiet Barranin, il-ministri taw ħarsa lejn is-Sħubija tal-Lvant tal-UE, u b'mod partikolari ddiskutew l-avvenimenti reċenti fl-Ukraina. Il-Kunsill esprima t-tħassib tiegħu għall-kriżi politika li għadha għaddejja, u appella lill-atturi kollha biex joqogħdu lura mill-vjolenza u l-azzjoni radikali. Il-Kunsill esprima l-impenn tal-UE hi u tappoġġa r-riforma tal-Ukraina. Il-ministri ssottolinjaw ukoll li, abbażi ta' gvern Ukrain ġdid, l-UE ser tkun lesta biex tkompli tassisti lill-Ukraina biex issib mod sostenibbli kif toħroġ mis-sitwazzjoni ekonomika diffiċli tagħha.

EUFOR RCA

Il-kwartieri ġenerali tal-forza għall-operazzjoni militari tal-UE fir-Repubblika Ċentru-Afrikana ser tkun Bangui, il-kapitali tar-Repubblika Ċentru-Afrikana, bil-kwartieri ġenerali tal-operazzjoni f'Larissa, il-Greċja. L-ispejjeż komuni tal-operazzjoni, li ser tkun operazzjonali sa 6 xhur, huma stmati għal €25.9 miljun. L-operazzjoni ser tagħti appoġġ temporanju biex iż-żona madwar Bangui tkun sigura qabel ma tingħata f'idejn is-sħab Afrikani.

Suġġetti oħra fuq l-aġenda

Il-ministri adottaw id-direttivi ta' negozjati għal djalogu politiku u ftehim ta' kooperazzjoni ma' Kuba. Ftehim bilaterali jsaħħaħ ir-relazzjoni bejn l-UE u Kuba u jipprovdi qafas għal djalogu kostruttiv u kooperazzjoni mtejba.

Il-Kunsill Affarijiet Barranin iddiskuta u adotta wkoll il-konklużjonijiet dwar:

  • Il-prijoritajiet tal-UE fil-fora tad-drittijiet tal-bniedem tan-NU qabel il-25 sessjoni tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU fis-17 ta' Frar
  • is-sitwazzjoni tas-sigurtà li sejra għall-agħar fl-Iraq
  • L-Eġittu
  • It-Tuneżija, wara l-adozzjoni tal-kostituzzjoni demokratika ġdida tagħhom
  • Il-Jemen, wara l-konklużjoni tal-Konferenza tad-Djalogu Nazzjonali

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Barranin

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 15 ta' Jannar 2025