"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Barranin

Kunsill Affarijiet Barranin, 20/02/2014, 20 ta' Frar 2014

Ukraina: l-UE taqbel dwar sanzjonijiet immirati

F'laqgħa straordinarja fl-20 ta' Frar, il-ministri għall-affarijiet barranin tal-UE ddeċidew li jintroduċu sanzjonijiet kontra dawk responsabbli għall-vjolenza u l-użu ta' forza eċċessiva fl-Ukraina.

Il-miżuri restrittivi jinkludu l-iffriżar tal-assi u l-projbizzjoni tal-viża fuq individwi responsabbli għal ksur tad-drittijiet tal-bniedem, vjolenza u użu ta' forza eċċessiva. L-istati membri tal-UE qablu wkoll li jissospendu l-liċenzji tal-esportazzjoni għal tagħmir li jista' jintuża għal repressjoni interna u li jerġgħu jikkunsidraw il-liċenzji tal-esportazzjoni għat-tagħmir kopert mill-Pożizzjoni Komuni 2088/944/PESK.

Il-Kunsill inkariga lill-gruppi ta' ħidma rilevanti biex jagħmlu t-tħejjijiet meħtieġa minnufih.

Appelli biex tintemm il-vjolenza

Fil-konklużjonijiet, il-ministri esprimew it-tħassib kbir tagħhom dwar is-sitwazzjoni li qed tmur għall-agħar fl-Ukraina. Huma appellaw għal tmiem immedjat tal-vjolenza, rispett sħiħ għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, inkluż id-dritt ta' aċċess għall-għajnuna medika, u għal investigazzjonijiet indipendenti urġenti tal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem.

Huma ħeġġew lill-gvern Ukrain sabiex jeżerċita trażżin kemm jista' jkun u lill-mexxejja tal-oppożizzjoni biex jiddiżassoċjaw ruħhom minn dawk li jirrikorru għal azzjoni radikali, inkluża l-vjolenza.

"Nappellaw lin-naħat kollha biex jidħlu fi djalogu inklużiv u siewi biex tonqos it-tensjoni u tinstab soluzzjoni politika. Ir-responsabbiltà ewlenija biex jibda djalogu bħal dan hija f'idejn il-President Janukovych", qalet ir-Rappreżentant Għoli tal-UE għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà Catherine Ashton.

Appoġġ għall-proċess ta' riforma fl-Ukraina

Il-ministri tennew li kwalunkwe soluzzjoni dejjiema għall-kriżi politika fl-Ukraina trid tinkludi riforma kostituzzjonali, il-formazzjoni ta' gvern ġdid inklużiv u l-ħolqien tal-kondizzjonijiet għal elezzjonijiet demokratiċi. F'dan ir-rigward, l-UE tibqa' lesta li tappoġġa lill-Ukraina fil-proċess ta' riforma sabiex jinkiseb ġejjieni stabbli u demokratiku għaċ-ċittadini tagħha.

Barra minn hekk, il-ministri enfasizzaw li l-offerta ta' assoċjazzjoni politika u integrazzjoni ekonomika tibqa' valida u li l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni ma jikkostitwixxix l-għan aħħari tal-kooperazzjoni bejn l-UE u l-Ukraina.

Fl-aħħar nett, il-Kunsill tenna l-impenn tiegħu li jsaħħaħ il-kuntatti bejn iċ-ċittadini bejn l-UE u l-Ukraina. Ħeġġeġ lill-istati membri biex jagħmlu l-aħjar użu mid-dispożizzjonijiet tal-Ftehim għall-Faċilitazzjoni tal-Viża u mill-flessibbiltà li joffri l-Kodiċi dwar il-Viża.

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Barranin

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 28 ta' Jannar 2025