"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Barranin

Kunsill Affarijiet Barranin, 03/03/2014, 3 ta' Marzu 2014

L-UE tikkundanna l-azzjonijiet tar-Russja fl-Ukraina, issejjaħ għal djalogu u tibqa' lesta għal aktar miżuri

Fit-3 ta' Marzu l-Ministri tal-UE għall-Affarijiet Barranin kellhom laqgħa straordinarja tal-Kunsill Affarijiet Barranin dwar is-sitwazzjoni fl-Ukraina.

L-Unjoni Ewropea kkundannat "il-ksur ċar tas-sovranità u l-integrità territorjali tal-Ukraina b'atti ta' aggressjoni mill-forzi armati Russi kif ukoll l-awtorizzazzjoni li ngħatat mill-Kunsill Federali tar-Russja fl-1 ta' Marzu għall-użu tal-forzi armati fit-territorju tal-Ukraina."

"Bla ebda dubju, dan huwa ksur tal-obbligi internazzjonali tar-Russja u tal-impenji tagħha," qalet Catherine Ashton, Rappreżentant Għoli tal-UE għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà.

Appell għal soluzzjoni paċifika

"Aħna konvinti bis-sħiħ li jeħtieġ li jkun hemm soluzzjoni paċifika għal din is-sitwazzjoni bir-rispett sħiħ tad-dritt internazzjonali. Għalhekk aħna nappellaw lir-Russja biex tirtira minnufih it-truppi tagħha lejn iż-żoni fejn huma stazzjonati b'mod permanenti abbażi tal-ftehim dwar il-Flotta tal-Baħar l-Iswed stazzjonata fl-Ukraina," saħqet ir-Rappreżentat Għoli.

L-UE tibqa' lesta li timpenja ruħha fi djalogu kostruttiv mal-partijiet kollha u tilqa' l-missjoni ta' inkjesta possibbli tal-OSKE (Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa) fl-Ukraina.

Sospensjoni tal-parteċipazzjoni fil-G8

L-UE u l-Istati tagħha li qed jieħdu sehem fil-G8 ddeċidew li għalissa jissospendu l-parteċipazzjoni tagħhom f'attivitajiet assoċjati mat-tħejjijiet għas-Summit tal-G8 f'Sochi f'Ġunju "sakemm jerġa' lura l-ambjent li fih il-G8 jkun jista' jkollu diskussjoni bis-sens."

Konsegwenzi possibbli għal relazzjonijiet bilaterali UE-Russja

"Fin-nuqqas ta' passi mir-Russja li jtaffu s-sitwazzjoni, l-UE ser tiddeċiedi dwar il-konsegwenzi għal relazzjonijiet bilaterali bejn l-UE u r-Russja," iddikjara l-Kunsill.

Il-miżuri jistgħu jinkludu s-sospensjoni ta' taħdidiet bilaterali dwar materji relatati mal-viża kif ukoll dwar il-Ftehim Ġdid. Barra dan, il-Kunsill iddeċieda "li jibqa' interessat b'mod permanenti [fil-kwistjoni], sabiex ikun f'pożizzjoni li jieħu l-miżuri kollha meħtieġa malajr".

Appoġġ għall-Ukraina

Il-Ministri kkonfermaw li l-UE tinsab lesta biex tappoġġa lill-pajjiż flimkien ma' istituzzjonijiet internazzjonali oħra, speċjalment il-FMI.

L-UE u l-membri tagħha "ser jagħtu l-appoġġ sħiħ tagħhom għal pakkett ta' għajnuna internazzjonali biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet urġenti tal-Ukraina, abbażi ta' impenn ċar għal riformi." Għal dan il-għan, il-Kummissjoni Ewropea diġà bdiet missjoni ta' inkjesta fi Kyiv, b'mod parallel mal-missjoni tal-FMI.

Il-Kunsill reġa' kkonferma l-offerta tiegħu tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni, inkluża Żona ta' Kummerċ Ħieles Approfondita u Komprensiva.

Il-konklużjonijiet jissottolinjaw ukoll il-ħtieġa għal riforma ġusta u kostituzzjonali fl-Ukraina u li jsiru elezzjonijiet presidenzjali ħielsa, ġusti u trasparenti bl-osservazzjoni tal-OSKE-ODIHR.

Laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew

Il-President tal-Kunsill Ewropew Herman Van Rompuy sejjaħ laqgħa straordinarja tal-mexxejja tal-UE li ser issir fis-6 ta' Marzu 2014 sabiex jiġu diskussi l-iżviluppi l-aktar reċenti fl-Ukraina u dwar kif is-sitwazzjoni għandha tittaffa.

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Barranin

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 15 ta' Jannar 2025