"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Barranin

Kunsill Affarijiet Barranin, 20/01/2014, 20 ta' Jannar 2014

Il-Kunsill ineħħi ċerti sanzjonijiet tal-UE kontra l-Iran

Il-ministri fil-Kunsill Affarijiet Barranin fl-20 ta' Jannar issospendew ċerti miżuri restrittivi tal-UE kontra l-Iran, wara konferma tal-konformità tal-Iran mal-miżuri nukleari fil-pjan ta' azzjoni konġunt miftiehem.

Il-pjan ta' azzjoni miftiehem mill-UE+3 (iċ-Ċina, Franza, il-Ġermanja, ir-Russja, ir-Renju Unit u l-Istati Uniti) u l-Iran fl-24 ta' Novembru 2013 jistipula sensiela ta' miżuri biex jindirizzaw it-tħassib globali dwar il-programm nukleari tal-Iran. Bħala l-ewwel pass, dan jitlob liż-żewġ naħat jimplimentaw sensiela ta' miżuri volontarji għal perijodu ta' sitt xhur. L-Iran intrabat li jindirizza l-aktar tħassib urġenti dwar l-attivitajiet nukleari tiegħu, fost l-oħrajn bis-sospensjoni tal-arrikkiment nukleari ta' aktar minn 5%, l-iffriżar tal-kapaċità tal-arrikkiment, tnaqqis sinifikanti tal-ħażna tiegħu ta' uranju arrikkit u l-għoti ta' aċċess aħjar lill-ispetturi nukleari internazzjonali għal siti nukleari Iranjani ewlenin.

L-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika kkonfermat matul il-laqgħa tal-Kunsill li l-Iran beda jimplimenta dawn il-miżuri. Bħala riżultat, il-Kunsill issospenda s-sanzjonijiet tal-UE kontra l-Iran għal żejt mhux raffinat, petrokimiċi, deheb u metalli prezzjużi. Dan ser jippermetti wkoll l-għoti ta' servizzi ta' trasportazzjoni u assigurazzjoni lil pajjiżi li jimportaw żejt Iranjan. Is-sospensjoni ser iddum għal perijodu ta' sitt xhur.

Ir-Repubblika Ċentru-Afrikana

Wara diskussjoni dwar is-sitwazzjoni fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (RĊA), il-ministri adottaw konklużjonijiet li jissottolinjaw l-impenn tal-UE li tappoġġa l-istabilizzazzjoni fil-pajjiż. Huma approvaw operazzjoni militari tal-UE fir-RĊA u l-kunċett ta' kriżi relatat għall-missjoni. Il-missjoni għandha l-għand li tgħin biex jiġi żviluppat ambjent aktar sikur għaċ-ċittadini fiż-żona madwar il-belt kapitali, Bangui. Ser tkun fis-seħħ għal mhux aktar minn sitt xhur qabel ma tingħata lill-missjoni internazzjonali ta' appoġġ immexxija mill-Afrika (MISCA). Il-Kunsill ser jieħu deċiżjoni dwar l-istazzjonament rapidu tal-missjoni hekk kif ikunu tħejjew il-miżuri meħtieġa. 

Suġġetti oħrajn fuq l-aġenda

Waqt l-ikla ta' nofsinhar, il-ministri ddiskutew ir-relazzjonijiet mar-Russja, bi tħejjija għas-summit bejn l-UE u r-Russja, li ser isir fi Brussell fit-28 ta' Jannar.

Il-ministri qiesu wkoll is-sitwazzjoni fl-Eġittu wara r-referendum kostituzzjonali li sar fl-14/15 ta' Jannar. Huma qablu li jmorru lura għas-suġġett f'aktar dettall fil-laqgħa tal-Kunsill Affarijiet Barranin li jmiss (l-10 ta' Frar).

Il-ministri ddiskutew u adottaw konklużjonijiet dwar:

  • l-aħħar żviluppi fis-Sirja, filwaqt li enfasizzaw l-appoġġ tal-UE għall-Konferenza tal-Paċi ta' Ġinevra II, ippjanata għat-22 ta' Jannar
  • l-involviment tal-UE fl-Afganistan wara l-2014
  • żviluppi riċenti fl-Ukraina
  • il-kriżi fis-Sudan t'Isfel

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Barranin

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 14 ta' Jannar 2025