Skip to content
  • Kunsill Affarijiet Barranin

Kunsill Affarijiet Barranin, 12/12/2014, 12 ta' Diċembru 2014

Il-Kunsill iddiskuta l-qafas ta' żvilupp tal-UE wara l-2015

F'laqgħa tal-Kunsill Affarijiet Barranin dwar kwistjonijiet ta' żvilupp, il-ministri tal-UE ddiskutew qafas ġdid għall-koordinazzjoni tal-isforzi fl-għajnuna internazzjonali. Huma adottaw ukoll konklużjonijiet dwar il-migrazzjoni fil-kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-UE. 

Aġenda dwar l-iżvilupp wara l-2015

Il-ministri tal-UE ddiskutew ir-rapport ta' sintesi tal-UE u r-rwol tal-UE fil-proċess tal-istabbiliment ta' għanijiet globali li jinkludu l-qirda tal-faqar u l-promozzjoni tal-iżvilupp sostenibbli.

Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, Federica Mogherini, qalet: "Il-prinċipju tal-qafas globali li jmiss huwa li ħadd ma jibqa' l-art, mhux biss f'xi partijiet tad-dinja, iżda fil-partijiet kollha tad-dinja. Bil-konklużjonijiet tal-Kunsill il-ġodda, l-UE ser tibda titkellem b'vuċi waħda dwar l-aġenda ta' wara l-2015"

Il-konklużjonijiet tal-Kunsill x'aktarx li jiġu adottati mill-Kunsill Affarijiet Ġenerali fis-16 ta' Diċembru.

Reazzjoni tal-UE għall-kriżi tal-Ebola

Christos Stylianides, Koordinatur tal-UE tal-Ebola u Kummissarju għall-Għajnuna Umanitarja, informa lill-ministri bil-pjanijiet tal-UE fuq perijodu medju u fit-tul biex jingħata appoġġ għall-bini mill-ġdid u l-irkupru tal-Afrika tal-Punent. 

Migrazzjoni, rifuġjati u żvilupp 

Il-ministri tal-UE enfasizzaw il-bżonn ta' approċċ għall-migrazzjoni mhux biss bħala sfida għas-sigurtà iżda bħala opportunità ta' żvilupp, u rrakkomandaw li jiġu inkorporati aspetti tal-migrazzjoni fid-djalogu tal-UE mal-pajjiżi sħab u fl-għajnuna għall-iżvilupp tal-UE. 

Huma adottaw ukoll konklużjonijiet dwar diversi punti oħra mingħajr diskussjoni ("punti A") 

  • Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-pjan ta' azzjoni dwar in-nutrizzjoni
  • Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar rwol aktar b'saħħtu tas-settur privat fil-kooperazzjoni għall-iżvilupp
  • Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar ir-rapport annwali dwar il-politiki ta' żvilupp tal-UE u l-implimentazzjoni tagħhom fl-2013

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Barranin

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 28 ta' Jannar 2025