"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Barranin

Kunsill Affarijiet Barranin, 17-18/11/2014, 17 u 18 ta' Novembru 2014

Il-Kunsill jappoġġa t-tnedija mill-ġdid tad-djalogu dwar l-Ukraina

F’laqgħa tal-Kunsill Affarijiet Barranin ppreseduta minn Federica Mogherini, il-ministri tal-affarijiet barranin tal-UE ddiskutew is-sitwazzjoni attwali fl-Ukraina fis-17 ta’ Novembru, u fit-18 ta’ Novembru l-ministri tad-difiża tal-UE tkellmu dwar is-sigurtà u d-difiża. 

L-Ukraina kienet is-suġġett prinċipali tal-Kunsill Affarijiet Barranin ta' dan ix-xahar. Il-ministri tal-UE kellhom diskussjoni estensiva dwar il-ġrajjiet reċenti fir-reġjun, il-prospetti għall-paċi u l-aġenda għar-riforma tal-Ukraina.

Wara l-bumbardamenti qawwija reċenti u r-rapporti ta’ konvojs armati li daħlu minn fuq il-fruntiera Russa f’żoni miżmuma mis-separatisti, il-Kunsill ħeġġeġ lill-partijiet kollha biex jimplimentaw bis-sħiħ il-Protokoll ta' Minsk u biex jirrispettaw il-kondizzjonijiet tal-waqfien mill-ġlied.

L-UE għandha rwol ewlieni biex tieħu ħsieb li s-sitwazzjoni militari, soċjoekonomika u umanitarja ma tkomplix tmur għall-agħar. Il-Kunsill jappoġġa djalogu mġedded bejn Kiev u Moska biex tinstab soluzzjoni għall-kwistjoni.

Jiġu kkunsidrati sanzjonijiet ġodda

Wara li evalwaw is-sitwazzjoni ta' fuq il-post, il-ministri tal-UE talbu lis-SEAE u lill-Kummissjoni Ewropea biex jippreżentaw proposta dwar aktar sanzjonijiet kontra s-separatisti.

Il-Kunsill ser ikompli jsegwi mill-qrib is-sitwazzjoni ta' fuq il-post u jiddeċiedi jekk dawn is-sanzjonijiet għandhomx jiġu applikati.

Riformi fl-Ukraina

Il-Kunsill esprima sodisfazzjon dwar iż-żamma ta' elezzjonijiet parlamentari fis-26 ta’ Ottubru u appella biex jiġi fformat gvern ġdid malajr kemm jista' jkun.

Il-ministri tal-UE talbu lill-awtoritajiet ta’ Kiev biex jintrabtu li jwettqu riformi amministrattivi u ekonomiċi, li jinkludu bidliet kostituzzjonali u aktar deċentralizzazzjoni.

Il-Kunsill iffissa wkoll l-1 ta' Diċembru 2014 bħala d-data tat-tnedija tal-Missjoni ta' Konsulenza tal-UE għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukraina (EUAM Ukraine).

18 ta' Novembru 2014: sigurtà u difiża fuq l-aġenda tal-Kunsill

Il-ministri tad-difiża tal-UE mlaqqgħin fil-format tad-difiża tal-Kunsill Affarijiet Barranin iddiskutew il-Politika ta’ Sigurtà u ta’ Difiża Komuni (PSDK) tal-UE. 

Il-mexxejja tal-UE ser jiddiskutu l-għanijiet tal-PSDK fil-laqgħa tal-Kunsill Ewropew ta’ Ġunju 2015. Huma appellaw għal politika aktar effiċjenti, industrija tad-difiża aktar b’saħħitha u għal spinta fil-kapaċitajiet militari.

Fil-preżenza tas-Segretarju Ġenerali tan-NATO Jens Stoltenberg, il-ministri tad-difiża tal-UE ddiskutew is-sitwazzjoni fil-viċinat usa' Ewropew (prinċipalment l-Ukraina, l-Iraq, is-Sirja u l-Libja). Taw ħarsa wkoll lejn l-istatus tal-ħames operazzjonijiet militari Ewropej fil-Bosnja, ir-Repubblika Ċentru-Afrikana, il-Mali, is-Somalja u l-Golf ta’ Aden.

Suġġetti oħra fuq l-aġenda

Lvant Nofsani

Il-ministri tal-affarijiet barranin tal-UE ħadu kont tal-iżviluppi fil-proċess ta’ paċi fil-Lvant Nofsani, wara żjara tar-Rappreżentant Għoli fir-reġjun. L-UE hi mħassba serjament dwar iż-żieda fit-tensjoni u l-vjolenza fuq il-post.

L-UE hija partikolarment ħerqana biex jerġgħu jibdew taħditiet dwar proċess ta’ paċi għar-reġjun, mas-Segretarju tal-Istati Uniti John Kerry, fil-qafas tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, kif ukoll fil-livell reġjonali ma’ pajjiżi Għarab oħra.

Bosnja-Ħerzegovina

Abbażi tal-inizjattivi ta’ ċerti stati membri, il-ministri tal-affarijiet barranin tal-UE ddiskutew il-prospetti tal-Bosnja-Ħerzegovina għal sħubija mal-UE. Ir-Rappreżentant Għoli semmiet li l-ministri qablu li jniedu proċess fuq bażi ġdida mingħajr ma jibdlu l-kondizzjonijiet marbuta mal-proċess tat-tkabbir.

Ebola

Il-koordinatur tal-UE dwar l-Ebola, Christos Stylianides, għarraf lill-Kunsill dwar is-sejbiet ewlenin u l-prijoritajiet għal azzjoni li identifika wara ż-żjara reċenti tiegħu fl-Afrika tal-Punent.

Il-Kunsill faħħar l-impenn tiegħu li jsaħħaħ ir-reazzjoni kollettiva tal-Unjoni Ewropea u jikkoordina l-ħidma tiegħu man-Nazzjonijiet Uniti, organizzazzjonijiet reġjonali u sħab ewlenin oħra.

Libja

Il-ministri tal-UE ddiskutew ukoll il-ħidma li saret minn Bernadino León, Mibgħut Speċjali tan-NU għal-Libja, l-isforzi ta’ medjazzjoni tan-NU fil-pajjiż u kif l-UE tista’ tappoġġa lil-Libja tistabbilixxi stat stabbli, demokratiku u inklużiv.

Il-ministri adottaw ukoll, mingħajr diskussjoni:

  • qafas ta' politika dwar iċ-ċiberdifiża
  • qafas ta’ politika biex titjieb il-kooperazzjoni fit-tul dwar id-difiża
  • konklużjonijiet dwar il-pjan ta’ azzjoni dwar il-liberalizzazzjoni tal-viżi għall-Ġeorġja

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Barranin

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 28 ta' Jannar 2025