"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Barranin

Kunsill Affarijiet Barranin, 21/11/2014, 21 ta' Novembru 2014

Nimxu 'l quddiem fis-Sħubija Trans-Atlantika ta’ Kummerċ u ta’ Investiment (TTIP)

F'laqgħa tal-Kunsill Affarijiet Barranin dwar kwistjonijiet kummerċjali, il-Kunsill ikkonferma d-determinazzjoni tiegħu li jikkonkludi ftehim mal-Istati Uniti malajr kemm jista' jkun.

It-TTIP ser jagħti spinta lit-tkabbir ekonomiku u l-ħolqien ta' impjiegi fl-UE 

It-TTIP għandu jipprovdi opportunitajiet ġodda sinifikanti għaċ-ċittadini u l-kumpanniji fl-UE u fl-Istati Uniti. Il-konklużjoni ta' ftehim bħal dan ser ikollu rwol ukoll fil-politika barranija tal-UE, filwaqt li jsaħħaħ politikament is-sħubija transatlantika strateġika. 

Sadanittant, il-Kunsill ser jiżgura li l-ftehim finali jkun jirrispetta l-istandards ta' kwalità tal-UE u l-leġislazzjoni tal-istati membri. 

Nikkomunikaw aħjar il-benefiċċji tal-ftehim tat-TTIP

Il-Kunsill irrikonoxxa l-ħtieġa tat-titjib tat-trasparenza u d-djalogu fis-soċjetà ċivili sabiex jiġu enfasizzati l-benefiċċji għaċ-ċittadini Ewropej. 

Aġenda tal-UE dwar il-Kummerċ

Il-Kunsill adotta wkoll konklużjonijiet dwar il-prijoritajiet tal-aġenda tal-UE dwar il-kummerċ għall-5 snin li ġejjin filwaqt li talab lill-Kummissjoni biex taġġorna l-istrateġija tal-UE dwar il-kummerċ u tinkludi rekwiżiti ta' trasparenza fin-negozjati.

Dwar is-Sħubija Trans-Atlantika ta’ Kummerċ u ta’ Investiment (TTIP)

L-UE u l-Istati Uniti ddeċidew li jieħdu r-relazzjoni ekonomika tagħhom livell ogħla billi qablu li jibdew negozjati dwar ftehim komprensiv ta' kummerċ u ta' investiment.  Dan il-ftehim għandu l-għan li jneħħi l-ostakoli għall-kummerċ f'firxa wiesgħa ta' setturi ekonomiċi biex jiffaċilita x-xiri u l-bejgħ ta' oġġetti u servizzi bejn l-UE u l-Istati Uniti.

Temi oħra fuq l-aġenda

Negozjati kummerċjali mal-Ġappun u l-Vjetnam

Il-ministri tal-UE għall-kummerċ ġew informati dwar il-progress li sar fin-negozjati mal-Ġappun u l-Vjetnam u dwar il-prospetti li dawn jiġu konklużi fl-2015.

Aġenda ta' Doha għall-Iżvilupp

Wara l-iżvilupp importanti li sar bejn l-Indja u l-Istati Uniti dwar kwistjonijiet tas-sigurtà tal-ikel, il-Kunsill iddiskuta l-prospett tal-konklużjoni ta' negozjati skont l-Aġenda ta' Doha għall-Iżvilupp (DDA) tad-WTO.

Il-ministri tal-UE għall-kummerċ iddiskutew ukoll proposti għal regolamenti li għandhom l-għan li jaġġornaw l-istrumenti tal-UE għall-indirizzar tal-kompetizzjoni inġusta fir-rigward ta':

  • il-protezzjonikontra importazzjonijiet li jkunu s-suġġett ta' dumping jew ta' sussidji
  • l-akkwist pubbliku f'pajjiżi terzi, il-kondizzjonijiet li fihom in-negozji tal-UE jistgħu jikkompetu għal kuntratti pubbliċi

 

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Barranin

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 28 ta' Jannar 2025