- Kunsill Affarijiet Barranin
Kunsill Affarijiet Barranin, 20/10/2014, 20 ta' Ottubru 2014
Ir-reazzjoni tal-UE għall-Ebola
Meta ltaqgħu fil-Kunsill Affarijiet Barranin fil-Lussemburgu, il-ministri tal-UE ddiskutew strateġiji konġunti biex ma jinfirixx il-virus tal-Ebola. L-iżviluppi reċenti fl-Ukraina, il-Libja, l-Iraq u s-Sirja u l-Lvant Nofsani kieku wkoll fuq l-aġenda.
Il-Kunsill huwa mħasseb serjament dwar il-firxa li għaddejja tal-virus tal-Ebola fil-Lvant tal-Afrika. Mill-15 t'Ottubru 'l hawn, aktar minn 4 500 persuna mietu mill-infezzjoni tal-Ebola.
Il-Kunsill ġedded il-kondoljanzi tiegħu f'isem l-istati membri u l-Unjoni Ewropea lill-gvernijiet u liċ-ċittadini kollha affettwati b'din it-tifqigħa.
Aktar minn €1/2 biljun għal kontra l-Ebola
L-UE ilha talloka fondi minn Marzu 2014 u kontinwament żiedet l-isforzi tagħha biex titrażżan il-firxa tal-Ebola u tipprovdi trattament lill-persuni infettati.
B'kollox, l-UE u l-istati membri tagħha diġà allokaw 'il fuq minn €500 miljun f'għajnuna umanitarja u għall-iżvilupp għall-pajjiżi affettwati.
Assistenza u ħila esperta tal-UE fuq il-post fl-Afrika
Fl-20 ta' Ottubru 2014, il-ministri għall-affarijiet barranin tal-UE fakkru sa fejn waslet l-għajnuna mill-UE li ngħatat fuq il-post s'issa. Huma esprimew l-apprezzament kbir tagħhom lejn il-ħaddiema kollha umanitarji u tas-saħħa li jinsabu fuq quddiem nett.
Huma appellaw ukoll għal aktar fondi u aktar ħaddiema biex jintbagħtu fil-pajjiżi affettwati. L-UE qed tipprovdi garanzija li l-ħaddiema internazzjonali tas-saħħa li jivvolontarjaw ser jingħataw il-kura adegwata, jekk jiġu infettati.
Il-ministri qablu li hemm ħtieġa ta' aktar koordinazzjoni tar-rispons internazzjonali u n-nomina possibbli ta' koordinatur tal-UE li jista' jiżgura l-aktar involviment effettiv tal-Unjoni Ewropew, l-istati membri u n-NU.
Il-ministri rrikonoxxew ukoll il-ħtieġa li jiġi stabbilit grupp ta' esperti tas-saħħa volontarji lesti biex jintbagħtu fil-każ li jkun hemm kriżi tas-saħħa.
Huma laqgħu l-isforzi li saru biex jiżdiedu l-investimenti fir-riċerka medika kontra mard tropikali u appellaw biex il-kooperazzjoni Ewropea għall-iżvilupp tiffoka fuq it-tisħiħ tas-sistemi tas-saħħa tal-pajjiżi fir-reġjun.
Miżuri preventivi fl-Ewropa
Ir-riskju ta' tifqigħa mifruxa tal-Ebola fl-Ewropea fost il-popolazzjoni tal-UE għadu jitqies baxx. Madankollu, l-UE teħtieġ li tkun lesta għall-possibbiltà li vjaġġatur bil-virus tal-Ebola jerġa' lura fl-UE u għal każijiet sekondarji oħra fl-Ewropa.
Fl-20 ta' Ottubru, il-ministri għall-affarijiet barranin tal-UE appellaw għal verifika u rinfurzar tas-sistemi ta' skrinjar tal-vjaġġaturi li jinsabu fil-punti ta' ħruġ tal-pajjiżi affettwati.
Huma enfasizzaw ukoll l-importanza ta' miżuri nazzjonali ta' koordinazzjoni aħjar li diġà ttieħdu mill-istati membri tal-UE fil-punti ta' dħul.
L-istati membri għandhom jużaw is-sistemi ta' informazzjoni dwar il-viża u l-informazzjoni tat-trasportaturi biex jantiċipaw il-wasla potenzjali ta' infezzjoni mill-marda.
Il-Kunsill laqa' wkoll:
- l-organizzazzjoni ta' sessjoni ta' ħidma dwar prattiki tajbin rigward il-kontroll tal-infezzjoni f'ambjenti tal-kura tas-saħħa
- it-twaqqif ta' netwerk volontarju ta' tobba għat-trattament tal-Ebola fil-livell tal-UE
Informazzjoni pubblika
Il-Kunsill enfasizza wkoll il-ħtieġa li ċ-ċittadini jiġu infurmati b'mod oġġettiv dwar il-miżuri li ttieħdu biex jipproteġuhom minn kontaminazzjoni potenzjali.
Stqarrijiet għall-istampa
Tagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Maria Daniela Lenzu Press officer
- +32 470 88 04 02
- +32 2 281 21 46
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
- Segwi @EUCouncilPressgħall-aħħar aġġornamenti għall-istampa.
- Hashtag fuq X: #FAC
Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Barranin
Ara laqgħat oħrajnL-aħħar reviżjoni: 28 ta' Jannar 2025