"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Barranin

Kunsill Affarijiet Barranin, 12/12/2016, 12 ta' Diċembru 2016

Riżultati ewlenin

Sirja

“Fis-Sirja, il-prijorità tagħna hija l-protezzjoni umanitarja u s-sokkors. L-UE qatt mhu ser tabbanduna lill-popolazzjoni ċivili. Sempliċiment m'hemmx għażla, la f’Aleppo u lanqas f’inħawi oħra.”

Federica Mogherini, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà

Il-ministri ddiskutew il-qagħda fis-Sirja, fid-dawl tal-aħħar żviluppi, b’mod partikolari f’Aleppo. Ir-Rappreżentant Għoli ssottolinjat il-fehma soda u unanima tal-Istati Membri kollha dwar il-ħtieġa li titħares il-popolazzjoni ċivili u li jingħata aċċess umanitarju sħiħ għall-partijiet kollha tas-Sirja.

Afrika

Il-Kunsill kellu dibattitu dwar ir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Afrika. Il-ministri ddiskutew il-prijoritajiet fir-relazzjonijiet tal-UE mal-Afrika, kif ukoll kif dawn ir-relazzjonijiet għandhom jevolvu fid-dawl ta’ sfidi emerġenti. Huma enfasizzaw li l-impenn fl-Afrika u mal-Afrika jibqa’ fundamentali biex jiġi evitat il-konflitt, tiġi promossa s-sigurtà tal-bniedem, jiġu indirizzati l-kawżi fundamentali tal-instabbiltà u jiġu ġestiti l-flussi tal-migrazzjoni. Filwaqt li l-kooperazzjoni għall-iżvilupp tibqa’ element importanti tal-impenn tal-UE fl-Afrika, il-ministri ssottolinjaw ukoll l-importanza tar-relazzjonijiet ekonomiċi u l-investiment, u l-ħtieġa ta’ għajnuna biex jinħolqu l-impjiegi. Il-ministri enfasizzaw ukoll il-ħtieġa li titkompla l-ħidma dwar il-governanza, id-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem, u aspetti relatati tal-parteċipazzjoni, b’mod partikolari tas-soċjetà ċivili u tan-nisa, fit-teħid ta’ deċiżjonijiet.

Il-ministri nnotaw l-importanza li jintlaħqu ż-żgħażagħ Afrikani, b’mod partikolari peress li ż-żgħożija ser tkun it-tema tas-Summit Afrika-UE li jmiss li għandu jsir fil-Ħarifa tal-2017. Ir-Rappreżentant Għoli kkonkludiet id-dibattitu billi enfasizzat l-ħtieġa li titkompla l-ħidma mas-sħab Afrikani fi spirtu ta’ sħubija f’oqsma ta’ interess għall-UE u għal dawk ta’ interess għas-sħab Afrikani, fi sforz konġunt mill-istituzzjonijiet tal-UE u l-Istati Membri.

Id-diskussjoni ser tiggwida l-komunikazzjoni konġunta li ġejja dwar spinta ġdida għas-sħubija UE-Afrika, li mistennija tiġi ppreżentata f’April 2017 mir-Rappreżentant Għoli u l-Kummissjoni Ewropea.

Il-Kunsill indirizza s-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo.

Migrazzjoni

Il-ministri ddiskutew il-kwistjonijiet tal-migrazzjoni qabel il-Kunsill Ewropew tal-15 ta’ Diċembru, li ser jevalwa l-aħħar żviluppi fil-politika ta’ migrazzjoni tal-UE. Il-Kunsill ħa nota tal-progress li sar fl-approċċ tal-qafas tas-sħubija, li qed jipprovdi l-ewwel riżultati konkreti tiegħu. Il-ministru ddiskutew ukoll l-implimentazzjoni tal-impenji tal-Belt Valletta qabel il-laqgħa ta’ uffiċjali għolja li ser issir fi Frar li ġej f’Malta taħt l-awspiċi tal-Presidenza b’rotazzjoni. Il-Kummissjoni infurmat lill-Kunsill li s’issa ġew approvati 64 azzjoni b’valur ta’ EUR 1 biljun permezz tal-fond fiduċjarju tal-UE għall-Afrika.

Il-ministri għall-affarijiet barranin ħadu nota tal-ħidma li għaddejja dwar il-Pjan ta’ investiment estern propost, inkluż il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli. Il-Kunsill huwa mistenni japprova l-pożizzjoni ta’ negozjar tiegħu dwar ir-regolament EFSD fit-13 ta’ Diċembru. Il-fond ser jgħin biex jiġu indirizzati l-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni permezz tal-ħolqien ta’ opportunitajiet ta’ impjiegi, l-inkoraġġiment tal-investiment u l-faċilitazzjoni tal-iżvilupp sostenibbli fil-pajjiżi sħab.

Fil-marġini

Kuba

Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni ma’ Kuba ġie ffirmat mir-Rappreżentant Għoli tal-UE għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà Federica Mogherini, il-ministri għall-affarijiet barranin tal-UE u l-Ministru għall-Affarijiet Barranin Kuban Bruno Rodriguez Parrilla. Dan huwa l-ewwel ftehim bejn l-UE u Kuba, u jipprevedi djalogu politiku msaħħaħ, kooperazzjoni bilaterali mtejba u l-iżvilupp ta’ azzjoni konġunta f’fora multilaterali. Huwa ser jappoġġa l-proċess ta' transizzjoni tal-ekonomija u s-soċjetà Kubana. Huwa jippromwovi djalogu u kooperazzjoni biex jinkoraġġixxi l-iżvilupp sostenibbli, id-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem, u biex jinstabu soluzzjonijiet komuni għall-isfidi globali.

Kolombja

Wara l-laqgħa tal-Kunsill, il-ministri kellhom diskussjoni informali mal-President Santos tal-Kolombja. Wara l-UE u l-Istati Membri parteċipanti ffirmaw il-ftehim kostituttiv tal-Fond Fiduċjarju tal-UE għall-Kolombja.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Barranin

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 16 ta' Jannar 2025