"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Barranin

Kunsill Affarijiet Barranin, 25/06/2018, 25 ta' Ġunju 2018

Riżultati ewlenin

Kooperazzjoni fil-qasam tas-sigurtà u d-difiża

Illum, flimkien mal-ministri għall-affarijiet barranin u l-ministri għad-difiża, aħna ħadna deċiżjonijiet importanti biex navvanzaw il-ħidma tagħna dwar id-difiża fl-UE bi tħejjija għall-Kunsill Ewropew. Aħna ddeċidejna wkoll li nżidu saħansitra aktar il-kooperazzjoni tagħna man-NATO. Aħna ddeterminati li nkomplu din il-kooperazzjoni eċċellenti, għaliex l-isfidi tas-siġurtà li naffaċċaw huma kbar ħafna u jeħtieġu d-determinazzjoni sħiħa tagħna li naħdmu flimkien. Federica Mogherini, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà

Fid-diskussjoni tagħhom dwar il-kooperazzjoni fil-qasam tas-sigurtà u d-difiża, il-ministri għall-affarijiet barranin u għad-difiża tkellmu dwar inizjattivi ewlenin tad-difiża, inkluż dwar il-kooperazzjoni strutturata permanenti (PESCO), il-mobilità militari, l-inizjattivi proposti fil-qafas tal-qafas finanzjarju pluriennali (il-Fond Ewropew għad-Difiża u l-Faċilità Ewropea għall-Paċi), il-ġlieda kontra t-theddid ibridu u l-importanza tat-tisħiħ tar-reżiljenza tal-UE għal theddid simili, u l-iżvilupp tal-kapaċità ċivili.

Il-Kunsill adotta konklużjonijiet dwar is-sigurtà u d-difiża. Huwa adotta wkoll deċiżjoni li tistabbilixxi regoli ta' governanza għal proġetti li jsiru taħt il-PESCO, u approva l-parti ġenerali ta' livell għoli tar-rekwiżiti militari għall-mobilità militari fl-UE u lil hinn minnha.

Qabel is-Summit tan-Nato li jmiss (11-12 ta' Lulju), il-ministri għall-affarijiet barranin u l-ministri għad-difiża kellhom ukoll skambju ta’ fehmiet dwar il-kooperazzjoni bejn l-UE u n-NATO mas-Segretarju Ġenerali tan-NATO Jens Stoltenberg. Fil-kuntest ta' sfidi reċenti fir-relazzjoni transatlantika, huma ssottolinjaw il-kollaborazzjoni tajba kontinwa dwar is-sigurtà u d-difiża bejn iż-żewġ organizzazzjonijiet, b'komplementarjetà sħiħa. Huma enfasizzaw il-progress importanti li sar rigward 74 azzjoni konkreta li jimplimentaw id-Dikjarazzjoni Konġunta ta' Lulju 2016 bejn il-President tal-Kunsill Ewropew, il-President tal-Kummissjoni Ewropea u s-Segretarju Ġenerali tan-NATO. Huma ħeġġew aktar kooperazzjoni, b'mod partikolari dwar il-mobilità militari u dwar il-ġlieda kontra t-theddid ibridu.

Il-Jemen

Il-ministri għall-affarijiet barranin tal-UE ddiskutew l-aktar żviluppi reċenti fil-Jemen flimkien mal-Mibgħut Speċjali tan-NU (UNSE) Martin Griffiths, li infurmahom dwar il-pjan ta' paċi tiegħu. Il-Ministri skambjaw il-fehmiet dwar l-isforzi li għaddejjin tal-UE, inkluż is-sensibilizzazzjoni politika, u b'mod partikolari d-djalogu reġjonali mal-Iran dwar il-Jemen, kif ukoll l-appoġġ umanitarju u għall-iżvilupp. Huma esploraw modi biex jissaħħaħ il-proċess immexxi min-NU. Il-Kunsill adotta konklużjonijiet dwar il-Jemen.

Il-Myanmar / Burma

Il-Kunsill qiegħed 7 individwi taħt miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Myanmar/Burma. L-individwi soġġetti għas-sanzjonijiet huma uffiċjali tal-armata (Tatmadaw), tal-gwardja tal-fruntiera u tal-pulizija tal-Myanmar/Burma, u ġew elenkati minħabba l-involviment jew l-assoċjazzjoni tagħhom ma' atroċitajiet u ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa kontra l-popolazzjoni Rohingya fl-Istat ta' Rakhine fit-tieni nofs tal-2017. Din id-deċiżjoni ġiet adottata mingħajr dibattitu.

Venezwela:

Il-Kunsill iddeċieda li jqiegħed 11-il individwu b'pożizzjonijiet uffiċjali taħt miżuri restrittivi. Il-persuni elenkati huma responsabbli għal ksur tad-drittijiet tal-bniedem u li dgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela. Din id-deċiżjoni ġiet adottata mingħajr dibattitu.

Il-Qarn tal-Afrika u l-Baħar l-Aħmar

Il-Kunsill iddiskuta u adotta konklużjonijiet dwar il-Qarn tal-Afrika u l-Baħar l-Aħmar. Il-ministri għall-affarijiet barranin enfasizzaw l-importanza strateġika tar-reġjun għall-UE. Huma esprimew l-appoġġ tagħhom għal sforzi mmirati lejn il-ħolqien ta' forum reġjonali organizzat u inklużiv għal djalogu u kooperazzjoni madwar il-Baħar l-Aħmar.

Strateġija Globali tal-UE

Il-Kunsill irrieżamina l-implimentazzjoni tal-Istrateġija Globali tal-UE abbażi tat-tieni rapport ta’ progress. Il-ministri laqgħu l-progress importanti li sar u appellaw għal implimentazzjoni kontinwa fl-oqsma ta' prijorità kollha identifikati fl-istrateġija.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Barranin

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 27 ta' Jannar 2024