"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Barranin

Kunsill Affarijiet Barranin, 28/05/2018, 28 ta' Mejju 2018

Riżultati ewlenin

Iran

Il-Kunsill Affarijiet Barranin kellu dibattitu dwar l-Iran, b'mod partikolari l-ftehim nukleari mal-Iran, il-Pjan ta' Azzjoni Komprensiv Konġunt (PAKK), wara l-irtirar tal-Istati Uniti mill-ftehim kif imħabbar fit-8 ta' Mejju. Id-dibattitu ta segwitu lid-diskussjoni tal-mexxejja tal-UE f'Sofija fis-16 ta' Mejju, meta huma qablu b'mod unanimu li l-UE ser tibqa' fil-ftehim sakemm l-Iran jibqa' impenjat bis-sħiħ lejh, u ta l-approvazzjoni lill-Kummissjoni biex tkun lesta taġixxi kull meta jiġu affettwati interessi Ewropej.

Il-ministri ssottolinjaw l-importanza tal-preservazzjoni tal-PAKK, li hija ċentrali għas-sigurtà tar-reġjun, u min-naħa l-oħra, għall-Ewropa u lil hinn minnha. Huma laqgħu wkoll il-passi diġà meħuda mill-Kummissjoni Ewropea biex tipproteġi lil kumpaniji Ewropej li involvew ruħhom mal-Iran wara t-tneħħija tas-sanzjonijiet b'rabta mas-sanzjonijiet nukleari. Huma faħħru l-isforzi kollha, b'mod partikolari dawk tar-Rappreżentant Għoli u tal-ministri għall-affarijiet barranin tal-E3 (Franza, il-Ġermanja, ir-Renju Unit) biex jiżguraw li l-Iran ikompli jimplimenta l-ftehim, li l-għan tiegħu huwa li jipprevjeni lill-pajjiż milli jiżviluppa arma nukleari.

Aħna kkonfermajna mill-ġdid il-messaġġ politiku qawwi ta' unità fir-rigward tal-ftehim nukleari mal-Iran. Għall-Unjoni Ewropea, dan ma għandux x'jaqsam mal-interessi ekonomiċi, dan huwa dwar sigurtà. Billi fin-nuqqas tal-ftehim nukleari mal-Iran, aħna nemmnu li s-sigurtà tar-reġjun u tal-Ewropa tkun fil-periklu. Federica Mogherini, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà

Il-ministri ttrattaw ukoll kwistjonijiet oħra barra mill-ambitu tal-PAKK, b’mod partikolari it-tħassib tal-UE dwar il-programm tal-missili ballistiċi tal-Iran u r-rwol tal-Iran f’konflitti reġjonali, mhux lanqas is-Sirja u l-Jemen, kif ukoll is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem. Dawn il-kwistjonijiet qed jiġu indirizzati barra l-PAKK. Reċentement, l-UE mexxiet sforz li kien jinvolvi bosta stati membri biex jimpenjaw ruħhom mal-Iran fuq il-Jemen, b’laqgħa li seħħet fil-livell diplomatiku f’Ruma fit-3 ta’ Mejju biex jiddiskutu passi konkreti biex tinbena l-fiduċja.

Il-ministri għall-affarijiet barranin enfasizzaw ukoll l-importanza tal-UE għar-relazzjoni transatlantika, u l-ħtieġa li jkompli jkun impenn mal-Istati Uniti, sieħeb u alleat għal ħafna żmien, dwar il-kwistjonijiet kollha, inkluż l-Iran.

Venezwela

Il-ministri għall-affarijiet barranin kellhom skambju ta’ fehmiet dwar il-Venezwela, wara l-elezzjonijiet presidenzjali u l-elezzjonijiet reġjonali fl-20 ta’ Mejju u l-elezzjoni mill-ġdid ta’ Nicolás Maduro għat-tieni terminu ta’ sitt snin. Il-Kunsill adotta konklużjonijiet dwar il-Venezwela, filwaqt li enfasizza li l-elezzjonijiet u l-eżitu kellhom nuqqas ta' kredibbiltà minħabba li l-proċess elettorali ma pprovdiex il-garanziji meħtieġa għal elezzjonijiet demokratiċi u inklużivi. F'dan l-isfond, l-UE tappella biex isiru elezzjonijiet presidenzjali ġodda f'konformità ma' standards demokratiċi rikonoxxuti f'livell internazzjonali u l-ordni kostituzzjonali tal-Venezwela.

Il-konklużjonijiet jistqarru li f'dan il-kuntest, l-UE ser taġixxi b'mod rapidu, f'konformità ma' proċeduri stabbiliti, bil-għan li timponi miżuri restrittivi addizzjonali mmirati u reversibbli li ma jagħmlux ħsara lill-popolazzjoni tal-Venezwela, li l-UE tixtieq li ttaffi s-sitwazzjoni tagħhom.

Gaża

Waqt l-ikla ta' nofsinhar, il-ministri għall-affarijiet barranin iddiskutew is-sitwazzjoni f’Gaża wara l-iżviluppi reċenti, inkluż fir-rigward tar-rilokazzjoni tal-Ambaxxata tal-Istati Uniti f’Iżrael għal Ġerusalemm. Huma qablu dwar il-ħtieġa li jaġixxu immedjatament biex jiġi evitat aktar telf ta’ ħajja, inkluż billi jittejjeb l-aċċess umanitarju. Huma enfasizzaw ukoll l-importanza li terġa’ tingħata l-ħajja lil proċess politiku, u ikkonfermaw mill-ġdid il-pożizzjoni magħquda tal-UE dwar il-ħtieġa li tinstab soluzzjoni ta’ żewġ stati, b’Ġerusalemm bħala l-kapitali taż-żewġ stati.

Repubblika Demokratika tal-Kongo

Il-Kunsill iddiskuta s-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK). Il-ministri għall-affarijiet barranin enfasizzaw l-importanza li jsegwu l-proċess elettorali li mistenni jwassal għall-elezzjonijiet ġenerali ppjanati għat-23 ta’ Diċembru 2018 b’mod kredibbli, leġittimu, kunsenswali u inklużiv. Il-ministri esprimew ukoll it-tħassib tagħhom dwar is-sitwazzjoni umanitarja diżastruża, fid-dawl tat-tifqigħa reċenti tal-Ebola.

Ftehim ta' wara Cotonou

Il-ministri għall-affarijiet barranin evalwaw il-progress li sar fit-tħejjijiet ta' deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati dwar is-sħubija futura bejn l-UE u l-pajjiżi Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP) (ftehim ta' wara Cotonou).

Il-Kunsill talab l-Ambaxxaturi tal-UE (COREPER) biex ikomplu, fil-jiem li ġejjin, bil-ħidma mmirata għall-finalizzazzjoni u l-adozzjoni tal-mandat ta' negozjar taħt it-tmexxija tal-Presidenza Bulgara.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Barranin

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 16 ta' Jannar 2025