Kunsill Affarijiet Barranin
Kunsill Affarijiet Barranin (Żvilupp), 22/05/2018, 22 ta' Mejju 2018
Riżultati ewlenin
Ir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-AKP wara l-2020
Il-ministri evalwaw il-progress li sar fit-tħejjijiet ta’ deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati dwar is-sħubija futura bejn l-UE u l-pajjiżi Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP).
Il-Kunsill faħħar lill-Presidenza Bulgara għall-ħidma intensa mwettqa fil-korpi preparatorji rilevanti tal-Kunsill mill-pubblikazzjoni f’Diċembru 2017 tar-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni għal aġġornament tal-qafas eżistenti għall-kooperazzjoni mal-pajjiżi tal-AKP.
Il-Kunsill ikkonferma l-objettiv tiegħu li jiffinalizza d-direttivi ta’ negozjati malajr kemm jista’ jkun, sabiex ikun lest biex iniedi negozjati mal-pajjiżi sħab tal-AKP sal-aħħar ta’ Awwissu 2018, kif previst fil-ftehim attwali, il ftehim ta' Cotonou.
Fond fiduċjarju ta’ emerġenza tal-UE għall-Afrika
Il-Kunsill iddiskuta l-fond fiduċjarju ta’ emerġenza tal-UE (EUTF) għall-Afrika. Il-ministri analizzaw l-implimentazzjoni tal-fond, il-kisbiet prinċipali tiegħu u s-sitwazzjoni attwali dwar l-aspetti finanzjarji abbażi ta’ preżentazzjoni mill-Kummissjoni.
Sat-8 ta’ Mejju 2018, kien intlaħaq qbil dwar 147 programm għal ammont totali ta’ madwar EUR 2.59 biljun maqsum bejn it-tliet żoni ġeografiċi tas-Saħel u l-Lag Chad, il-Qarn tal-Afrika u r-reġjun tal-Afrika ta’ Fuq. Il-fond hu ffinanzjat kemm mill-UE kif ukoll minn stati membri individwali. B'kollox, ir-riżorsi tal-EUTF kienu laħqu EUR 3.39 biljun sal-aħħar tal-2017.
Użu ta' strumenti finanzjarji esterni
Il-ministri kellhom skambju ta’ opinjonijiet dwar il-baġit għall-għajnuna barranija għall-perjodu 2021-2027, fuq il-bażi tal-proposti tal-Kummissjoni għall-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) futur ippreżentat fit-2 ta' Mejju.
Il-Kummissjoni tipproponi li jitwarrab pakkett ta’ €123 biljun fil-QFP li jmiss għall-finanzjament tal-politika esterna tagħha. Dan jirrappreżenta żieda ta’ 26% mqabbel mal-perjodu attwali.
Il-Kunsill adotta wkoll konklużjonijiet dwar l-implimentazzjoni tal-istrumenti tal-UE għall-finanzjament tal-azzjonijiet esterni fl-2016, kif ukoll dwar l-użu effettiv tas-sorsi kollha ta’ finanzjament u mezzi oħra ta' implimentazzjoni biex jitrawwem l-iżvilupp sostenibbli.
Enerġija u żvilupp
Il-Kunsill adotta konklużjonijiet dwar kif il-kooperazzjoni għall-enerġija sostenibbli tista’ tikkontribwixxi għat-twettiq tal-aġenda għall-iżvilupp sostenibbli 2030.
Il-konklużjonijiet jenfasizzaw tliet objettivi ewlenin fil-qasam tal-enerġija u l-iżvilupp: l-indirizzar tan-nuqqas ta' aċċess għall-enerġija; iż-żieda tal-effiċjenza fl-enerġija u l-ġenerazzjoni tal-enerġija rinnovabbli; u l-kontribut għall-ġlieda globali kontra t-tibdil fil-klima, f’konformità mal-ftehim ta’ Pariġi.
Dokumenti tal-laqgħat
Dokumenti ta' tħejjija
Dokumenti ta' eżitu
Tagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Maria Daniela Lenzu Press officer
- +32 470 88 04 02
- +32 2 281 21 46
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
- Segwi @EUCouncilPressgħall-aħħar aġġornamenti għall-istampa.
- Hashtag fuq X: #FAC
Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Barranin
Ara laqgħat oħrajnL-aħħar reviżjoni: 27 ta' Jannar 2024