"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Barranin

Kunsill Affarijiet Barranin, 16/07/2018, 16 ta' Lulju 2018

Riżultati ewlenin

Libja

Il-Kunsill iddiskuta l-Libja wara ż-żjara mir-Rappreżentant Għoli Federica Mogherini fil-pajjiż fl-14 ta' Lulju, fejn inawgurat il-bini tad-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea fi Tripli. Il-ministri għall-affarijiet barranin tal-UE laqgħu r-ritorn ta' preżenza fiżika permanenti tal-UE fil-Libja, li jenfasizza l-importanza tal-ħidma tal-UE għall-istabbiltà, is-sigurtà u l-prosperità tal-pajjiż.

Dwar il-proċess politiku, nemmnu li l-ħidma lejn l-elezzjonijiet għandha tiġi aċċellerata, u aħna qegħdin nappoġġawha. Nemmnu wkoll li għandu jkun lest qafas kostituzzjonali u legali xieraq qabel isiru l-elezzjonijiet. Fuq il-front ekonomiku, qbilna li għandna nżidu l-ħidma tagħna man-Nazzjonijiet Uniti biex jiġi żgurat li d-dħul miż-żejt ikun jista' jiġi distribwit b'mod trasparenti. Dwar il-migrazzjoni, qbilna li nżommu l-attenzjoni tagħna fuq il-kooperazzjoni u s-sħubija mal-Libja, iżda l-ewwel u qabel kollox mal-aġenziji tan-Nazzjonijiet Uniti u l-Unjoni Afrikana. Federica Mogherini, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà

Il-ministri għall-affarijiet barranin tennew l-appoġġ tagħhom lir-Rappreżentant Speċjali tas-Segretarju Ġenerali tan-NU Ghassan Salamé. Huma nnutaw b'sodisfazzjoni li l-kriżi reċenti fir-reġjun tan-Nofs Qamar taż-Żejt kienet ġiet solvuta, filwaqt li ssottolinjaw l-importanza li jiġu indirizzati l-kawżi tagħha. Huma enfasizzaw ukoll ir-riżultati tal-ħidma tal-UE fuq il-post dwar il-migrazzjoni, b'mod partikolari l-appoġġ għall-IOM u l-UNHCR, li, pereżempju, ippermettiet ir-ritorn volontarju ta' 28 000 migrant lejn il-pajjiż ta' oriġini tagħhom.

Sħubija tal-Lvant

Il-Kunsill iddiskuta s-Sħubija tal-Lvant, qabel il-laqgħa ministerjali tas-Sħubija tal-Lvant f'Ottubru. Il-ministri għall-affarijiet barranin tennew mill-ġdid l-impenn tal-UE lejn ir-reġjun, l-aġenda ta' riforma u l-prijoritajiet identifikati bħala "20 riżultat għall-2020", biex tinkiseb ekonomija governanza, konnettività u soċjetà aktar b'saħħithom. Il-Kunsill ikkonferma r-rilevanza kontinwa tal-approċċ imfassal apposta u differenzjat, li jippermetti lil kull wieħed mis-sitt pajjiżi (l-Armenja, l-Ażerbajġan, il-Belarussja, il-Georgia, ir-Repubblika tal-Moldova u l-Ukrajna) li jagħżlu l-livell ta' ambizzjoni li jaspiraw għalih fir-relazzjonijiet tagħhom mal-UE.

Il-ministri nnotaw il-progress li sar fis-sitt pajjiżi. Huma saħqu wkoll dwar il-ħtieġa li jissaħħu r-riformi f'oqsma bħall-governanza, il-ġustizzja, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni, ir-riforma ekonomika u l-ambjent tan-negozju. Huma esprimew tħassib partikolari dwar is-sitwazzjoni fir-Repubblika tal-Moldova.

Fl-aħħar nett, il-ministri enfasizzaw l-importanza li jużaw l-opportunità tal-10 anniversarju tas-sħubija fl-2019 biex jenfasizzaw l-impenn tal-UE lejn ir-reġjun.

Korea ta' Fuq

Waqt l-ikla ta' nofsinhar, il-ministri għall-affarijiet barranin iddiskutew ir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (RDPK). Huma tennew l-impenn sħiħ tagħhom biex jappoġġaw l-isforzi lejn id-denuklearizzazzjoni sħiħa, verifikabbli u irreversibbli tal-peniżola Koreana u r-rieda tal-UE li tiffaċilita passi lejn dan l-objettiv. F'konformità mal-politika tal-UE ta' impenn kritiku, issottolinjaw ukoll l-importanza li tkompli tinżamm pressjoni permezz ta' sanzjonijiet, filwaqt li jżommu miftuħin il-mezzi tal-komunikazzjoni. Huma qablu wkoll li jħeġġu lir-RDPK biex tiffirma u tirratifika t-Trattat dwar il-Projbizzjoni Totali tal-Provi Nukleari bħala pass loġiku biex id-dikjarazzjonijiet politiċi pożittivi reċenti jinbidlu f'impenji verifikabbli u legalment vinkolanti.

Qorti Kriminali Internazzjonali

Il-Kunsill adotta konklużjonijiet dwar il-Qorti Kriminali Internazzjonali (QKI) fl-okkażjoni tal-20 anniversarju tal-adozzjoni tal-Istatut ta' Ruma (17 ta' Lulju). Il-Kunsill jenfasizza l-kontribut siewi tal-QKI fil-ġlieda kontra l-impunità. Fi żmien meta l-ordni internazzjonali bbażat fuq ir-regoli qed jiffaċċa dejjem aktar pressjoni, it-tisħiħ tas-sistema tal-ġustizzja kriminali tiegħu hu aktar importanti minn qatt qabel. Il-Kunsill ifakkar li l-UE ilha sostenitur qawwi tal-Qorti sa mill-ħolqien tagħha u użat l-istrumenti għad-dispożizzjoni tagħha biex tgħin iżżid l-appoġġ għall-Qorti. Dawn il-konklużjonijiet ġew adottati mingħajr dibattitu.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Barranin

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 27 ta' Jannar 2024