- Kunsill Affarijiet Barranin
Kunsill Affarijiet Barranin (Żvilupp), 26/11/2018, 26 ta' Novembru 2018
Riżultati ewlenin
Ugwaljanza bejn is-sessi u d-drittijiet tal-bniedem
L-għada tal-Jum Internazzjonali għall-Eliminazzjoni tal-Vjolenza kontra n-Nisa, il-ministri għall-iżvilupp laqgħu lir-rebbieħa tal-Premju Nobel għall-Paċi Nadia Murad u Dr Denis Mukwege għal diskussjoni dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi u d-drittijiet tal-bniedem. Din kienet opportunità biex jinstemgħu l-messaġġi tagħhom u biex jiġu identifikati modi kif l-UE u l-istati membri tagħha jistgħu jagħmlu aktar għall-prevenzjoni tal-vjolenza sessista.
Huwa pjaċir u unur li nilqgħu lil Nadia Murad u Denis Mukwege Brussell għal-laqgħa tal-ministri għall-iżvilupp. Dejjem konna maġenbhom, kburin li nappoġġaw ħidmiethom fiċ-ċirkostanzi u l-pajjiżi rispettivi tagħhom. Federica Mogherini, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà
Alleanza Afrika - Ewropa
Il-Kunsill kellu skambju ta’ fehmiet dwar l-alleanza Afrika - Ewropa għal investiment sostenibbli u impjiegi. Id-diskussjoni saret anqas minn xahar qabel il-forum ta' livell għoli Afrika - Ewropa (Vjenna, 17 u 18 ta' Diċembru) u l-laqgħa ministerjali bejn l-UE u l-Unjoni Afrikana (21 u 22 ta' Jannar 2019).
Il-ministri esprimew l-appoġġ tagħhom għall-inizjattiva u l-erbgħa fergħat ta' azzjoni tagħha: it-titjib tal-klima għall-investiment, it-tneħħija tar-riskji, it-tisħiħ tal-appoġġ għall-ħiliet u l-edukazzjoni, u l-appoġġ tal-integrazzjoni ekonomika u l-bini ta' swieq. Iddiskutew modi kif l-istati membri jistgħu jinvolvu rwieħhom attivament f'din l-alleanza l-ġdida Afrika - Ewropa u l-importanza li jiġu żgurati koordinazzjoni u koerenza fil-prattika.
Peress li l-UE tibqa' s-sieħba ewlenija tal-Afrika, il-ministri enfasizzaw il-bżonn li jiġi żgurat li kemm il-partijiet ikkonċernati Afrikani kif ukoll dawk Ewropej ikunu aktar konxji mir-relazzjoni mill-qrib bejn iż-żewġ kontinenti.
L-arkitettura finanzjarja futura għall-iżvilupp
Il-Kunsill iddiskuta l-arkitettura finanzjarja futura għall-iżvilupp. Il-ministri ddiskutew is-sitwazzjoni attwali tan-negozjati tal-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) dwar l-Istrument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali (NDICI) u b'mod partikolari dwar l-arkitettura Ewropea futura għall-investiment barra l-UE.
Huma ddiskutew ukoll il-ħtieġa li l-qafas finanzjarju futur jiżgura biżżejjed flessibbiltà filwaqt li jiġi żgurat li l-prijoritajiet tal-UE dwar il-viċinat tagħha u l-Afrika jiġu riflessi b'mod sħiħ. Il-ministri semgħu wkoll preżentazzjoni mill-President tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) Werner Hoyer dwar l-investimenti esterni Ewropej. Huma għarfu l-ħidma siewja li l-BEI qed iwettaq biex jappoġġa l-politika esterna tal-UE.
Dokumenti tal-laqgħat
Dokumenti ta' tħejjija
Dokumenti ta' eżitu
Stqarrijiet għall-istampa
Tagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Maria Daniela Lenzu Press officer
- +32 470 88 04 02
- +32 2 281 21 46
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
- Segwi @EUCouncilPressgħall-aħħar aġġornamenti għall-istampa.
- Hashtag fuq X: #FAC
Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Barranin
Laqgħat li seħħew
L-aħħar reviżjoni: 16 ta' Jannar 2025