"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Barranin

Kunsill Affarijiet Barranin, 21/01/2019, 21 ta' Jannar 2019

Riżultati ewlenin

Ġrajjiet kurrenti

Il-Kunsill Affarijiet Barranin beda b'diskussjoni dwar il-ġrajjiet kurrenti. Il-ministri għall-affarijiet barranin analizzaw fil-qosor il-kwistjonijiet pressanti ewlenin fuq l-aġenda internazzjonali, inkluż is-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, fil-Venezwela u fis-Sirja. L-adozzjoni ta' konklużjonijiet tal-Kunsill dwar is-sitwazzjoni fin-Nikaragwa ssemmiet ukoll, kif ukoll l-ewwel deżinjazzjonijiet taħt ir-reġim ta' sanzjonijiet il-ġdid tal-UE kontra l-użu u l-proliferazzjoni ta' armi kimiċi. Ir-Rappreżentant Għoli u l-ministri għall-affarijiet barranin irreferew ukoll għall-attakk bil-bombi tas-17 ta' Jannar 2019, f'Bogotá, il-Kolombja, kif ukoll għall-iżviluppi reċenti dwar il-Jemen.

Diżinformazzjoni

Iddiskutejna d-diżinformazzjoni, b'mod partikolari bil-ħsieb tal-elezzjonijiet Ewropej. Kien hemm fokus b'saħħtu ħafna fuq il-ħtieġa li jiġu ttrattati t-tipi differenti kollha ta' diżinformazzjoni, li ġejjin kemm minn ġewwa kif ukoll minn barra l-UE, u li jieħdu diversi forom. Iddeċidejna li nimxu 'l quddiem b'mod rapidu flimkien fuq din il-kwistjoni, b'ħafna determinazzjoni biex nimplimentaw il-pjan ta' azzjoni. Federica Mogherini, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà

Il-Kunsill iddiskuta l-pjan ta' azzjoni kontra d-diżinformazzjoni ppreżentat mir-Rappreżentanti Għoli u l-Kummissjoni Ewropea fil-5 ta' Diċembru 2018. Il-ministri għall-affarijiet barranin esprimew appoġġ qawwi għall-pjan ta' azzjoni konġunt.

Huma kellhom skambju ta' fehmiet dwar l-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni, filwaqt li ffukaw fuq l-aspetti esterni tiegħu. Huma ssottolinjaw il-ħtieġa li jinbena rispons komuni u olistiku għall-isfidi tas-sigurtà li jirriżultaw mill-interferenza barranija, filwaqt li jiġu rispettati l-approċċi nazzjonali u tiġi protetta l-libertà tal-espressjoni u tal-media.

Huma enfasizzaw il-ħolqien ta' ''Sistema ta' Twissija Rapida'' tal-UE biex jiġu kondiviżi l-għarfien espert u l-aqwa prattiki, kif ukoll biex tiġi promossa azzjoni koordinata, b'mod partikolari permezz ta' kampanji ta' sensibilizzazzjoni. Il-ministri saħqu fuq il-ħtieġa li jkun hemm involviment mas-soċjetà ċivili biex tiġi ttrattata d-diżinformazzjoni, inkluż ma' organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili (OSĊ), NGOs, in-negozji u d-dinja akkademika, kif ukoll li titwettaq ħidma mas-sħab internazzjonali, b'mod partikolari n-NATO u l-G7, biex tiġi indirizzata d-diżinformazzjoni b'mod aktar effiċjenti. Huma ssottolinjaw ukoll l-importanza ta' kontribut għat-tisħiħ tar-reżiljenza ta' pajjiżi ġirien.

Il-Kunsill ikkonkluda li d-diżinformazzjoni għandha tiġi indirizzata fil-kuntest aktar ġenerali ta' interferenza barranija, theddid ibridu u komunikazzjoni strateġika, b'kapaċitajiet operazzjonali msaħħa tal-UE. Dan jinkludi t-tisħiħ tat-tliet task forces dwar il-komunikazzjoni strateġika tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, li ġew stabbiliti sabiex jippromwovu narrattivi bbażati fuq il-fatti dwar l-UE fil-viċinat tal-Lvant, il-viċinat tan-Nofsinhar u l-Balkani tal-Punent.

Ir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Lega tal-Istati Għarab

Il-ministri għall-affarijiet barranin kellhom diskussjoni ta' tħejjija għal-laqgħa ministerjali bejn l-UE u l-Lega tal-Istati Għarab (LAS) li għandha ssir fi Brussell fl-4 ta' Frar 2019, qabel l-ewwel summit bejn l-UE u l-LAS skedat fl-24 u l-25 ta' Frar 2019 f'Sharm el-Sheik, l-Eġittu.

Il-Kunsill afferma mill-ġdid l-importanza ta' sħubija b'saħħitha bejn l-UE u l-LAS. Il-ministri għall-affarijiet barranin iddiskutew il-ħtieġa ta' kooperazzjoni mal-LAS fl-indirizzar ta' firxa wiesgħa ta' kwistjonijiet u sfidi komuni bħall-multilateraliżmu, il-kummerċ u l-investiment, il-ġlieda kontra t-terroriżmu, il-migrazzjoni, u tibdil fil-klima, kif ukoll kwistjonijiet reġjonali.

Ir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-ASEAN

Il-Kunsill iddiskuta t-22 laqgħa ministerjali bejn l-UE u l-ASEAN, li saret fl-istess jum fi Brussell. Il-Kunsill adotta konklużjonijiet dwar ir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-ASEAN.

Punti ewlenin mil-laqgħa tal-Kunsill Affarijiet Barranin li saret fil-21 ta' Jannar 2019 fi Brussell.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Barranin

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 6 ta' Frar 2025