"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Barranin

Kumitat Militari tal-Unjoni Ewropea (EUMC), Kapijiet tad-Difiża tal-UE, 21/05/2019, 21 ta' Mejju 2019

Riżultati ewlenin

Kien hemm fehim ċar tar-rieda tal-Kumitat Militari tal-UE li jikkontribwixxi għall-inizjattivi militari differenti, u b'mod partikolari li jappoġġa l-kooperazzjoni bejn l-UE u n-NATO. Ġeneral Claudio Graziano, President tal-Kumitat Militari tal-UE

Kooperazzjoni UE-NATO

Il-Kapijiet tad-Difiża tal-UE rrieżaminaw il-kooperazzjoni bejn l-UE u n-NATO, u ddiskutew modi kif timxi 'l quddiem. Huma ħadu kont tal-progress fl-implimentazzjoni tas-sett komuni ta' proposti u ddiskutew il-mobilità militari.

Rieżami tal-PSDK

Il-Kapijiet tad-Difiża tal-UE rrieżaminaw il-missjonijiet u l-operazzjonijiet militari attwali tal-PSDK tal-UE, inkluż missjonijiet ta' taħriġ. Huma ġew infurmati dwar is-sitwazzjoni attwali dwar l-operazzjonijiet tal-UE li għaddejjin, inkluż EUFOR Althea, EUNAVFOR Somalia Operazzjoni Atalanta, u EUNAVFOR MED Operazzjoni SOPHIA.

Ajru Uniku Ewropew

Il-Kapijiet tad-Difiża tal-UE rrieżaminaw id-dimensjoni militari tal-Ajru Uniku Ewropew.

Kapaċitajiet u strumenti finanzjarji

Il-Kapijiet tad-Difiża tal-UE ddiskutew il-kapaċitajiet u l-istrumenti finanzjarji, u ġew aġġornati dwar l-aħħar żviluppi fl-implimentazzjoni tal-kooperazzjoni strutturata permanenti (PESCO).

Il-perijodu ta' prova tal-CARD u l-Fond Ewropew għad-Difiża

Il-Kapijiet tad-Difiża tal-UE ġew aġġornati dwar l-eżitu tal-perijodu ta' prova tar-Rieżami Annwali Koordinat dwar id-Difiża (CARD), kif ukoll dwar is-sitwazzjoni attwali tal-Fond Ewropew għad-Difiża, il-Programm tal-UE għall-Iżvilupp fl-Industrija tad-Difiża, u l-Faċilità Ewropea għall-Paċi.

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Barranin

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 14 ta' Jannar 2025