"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Barranin

Kunsill Affarijiet Barranin, 13/05/2019, 13 ta' Mejju 2019

Riżultati ewlenin

Ġrajjiet kurrenti

Min-naħa tal-UE, hemm determinazzjoni sħiħa biex nagħmlu dak kollu li nistgħu billi nużaw l-istrumenti kollha disponibbli għalina biex nimplimentaw il-parti tagħna tal-PAKK jekk l-Iran jibqa' konformi mal-parti tiegħu. Federica Mogherini, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà

Ir-Rappreżentant Għoli u l-ministri għall-affarijiet barranin iddiskutew l-Iran, wara l-aħħar avviżi relatati mal-Pjan ta' Azzjoni Komprensiv Konġunt (PAKK), il-ftehim nukleari mal-Iran. Huma fakkru l-impenn sħiħ tagħhom lejn il-preservazzjoni u l-implimentazzjoni sħiħa tal-PAKK, li huwa kisba ewlenija tal-arkitettura globali ta' nonproliferazzjoni nukleari. Huma esprimew tħassib dwar dikjarazzjonijiet riċenti mill-Iran, filwaqt li fakkru li huma jirrifjutaw kwalunkwe ultimatum u enfasizzaw l-importanza li l-Iran ikompli jimxi mal-PAKK, kif għamel s'issa, u kif iċċertifikat 14-il darba mill-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika (IAEA). Fl-istess ħin, affermaw mill-ġdid l-impenn tagħhom biex iwasslu l-benefiċċji tal-ftehim lill-poplu Iranjan. F'dan il-kuntest, huma esprimew id-dispjaċir tagħhom dwar l-impożizzjoni mill-ġdid ta' sanzjonijiet mill-Istati Uniti wara l-ħruġ tagħhom mill-PAKK u enfasizzaw l-impenn tagħhom biex tintlaħaq operazzjonalizzazzjoni sħiħa tal-veikolu bi skop speċjali, INSTEX.

Il-ministri indirizzaw ukoll għas-sitwazzjoni fil-Venezwela. Ir-Rappreżentant Għoli infurmat lill-ministri dwar l-aktar laqgħa riċenti tal-Grupp ta' Kuntatt Internazzjonali f'San Jose, Costa Rica, fil-5 u s-6 ta' Mejju. Il-ministri esprimew it-tħassib tagħhom wara l-avvenimenti tat-30 ta' April 2019 u ż-żieda sussegwenti tat-tensjonijiet, b'ripressjoni ulterjuri mir-reġim kontra l-oppożizzjoni u l-membri tal-Assemblea Nazzjonali. Huma tennew l-appoġġ tagħhom għall-Grupp ta' Kuntatt Internazzjonali bħala l-uniku format li permezz tiegħu tista' tiġi prevista soluzzjoni politika negozjata, kif qed jiġi rikonoxxut dejjem aktar minn atturi oħra fir-reġjun u lil hinn minnu.

Il-ministri għall-affarijiet barranin iddiskutew ukoll l-Ukrajna, wara r-riżultati tal-elezzjoni Presidenzjali. Huma nnotaw is-sinjali pożittivi mill-amministrazzjoni l-ġdida, b'mod partikolari l-intenzjoni tagħha li tkompli u ssaħħaħ il-proċess ta' implimentazzjoni tar-riforma, li skont kif enfasizzaw huma, jibqa' kruċjali biex jitwasslu benefiċċji tanġibbli lill-poplu Ukren. Huma esprimew tħassib dwar id-digriet Russu li jissimplifika l-ħruġ ta' passaporti f'ċerti żoni tar-reġjuni ta' Donetsk u Luhansk tal-Ukrajna, u tennew l-appoġġ sħiħ tagħhom għall-Ukrajna u s-sovranità, l-indipendenza u l-integrità territorjali tagħha.

Filmat tal-punti ewlenin tal-Kunsill Affarijiet Barranin li sar fit-13 ta' Mejju 2019 fi Brussell

Libja

Il-ministri ddiskutew il-Libja flimkien mar-Rappreżentant Speċjali tas-SĠ tan-NU għal-Libja, Ghassan Salamé, u kellhom skambju ta' fehmiet dwar il-passi possibbli li jmiss sabiex jiġi evitat li l-konflitt jeskala aktar.

L-UE titkellem b'vuċi waħda dwar il-Libja. Iddikjarat b'mod ċar li l-attakk militari tal-Armata Nazzjonali Libjana u l-eskalazzjoni sussegwenti fi Tripli u mal-madwar jikkostitwixxu theddida serja għall-paċi u s-sigurtà internazzjonali. Aħna fakkarna li ma hemm l-ebda soluzzjoni militari, iżda s-soluzzjoni tirriżulta minn impenn mill-ġdid lejn id-djalogu politiku tan-NU li l-partijiet kollha għandhom jimpenjaw ruħhom fih. Federica Mogherini, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà

Il-Kunsill adotta dikjarazzjoni:

Saħel

Il-ministri għall-affarijiet barranin iddiskutew dwar is-Saħel, bi tħejjija għas-sessjoni tal-għada mal-ministri għad-difiża tal-UE flimkien mal-ministri għall-affarijiet barranin u għad-difiża mill-pajjiżi tal-G5 tas-Saħel (il-Burkina Faso, iċ-Chad, il-Mali, il-Mauritania u n-Niġer). Il-Kunsill adotta konklużjonijiet dwar is-Saħel.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Barranin

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 6 ta' Frar 2025