- Kunsill Affarijiet Barranin
Kunsill Affarijiet Barranin, 17/06/2019, 17 ta' Ġunju 2019
Riżultati ewlenin
Ġrajjiet kurrenti
Ir-Rappreżentant Għoli u l-ministri għall-affarijiet barranin iddiskutew l-aktar kwistjonijiet urġenti fuq l-aġenda internazzjonali. Huma għamlu referenza għas-sitwazzjoni fil-Venezwela, filwaqt li enfasizzaw it-tħassib tagħhom hekk kif is-sitwazzjoni politika u umanitarja qed tkompli tmur għall-agħar. Huma tennew it-talba tagħhom għal soluzzjoni politika u negozjata fi ħdan il-qafas tal-kostituzzjoni Venezweljana li fl-aħħar mill-aħħar twassal għal elezzjonijiet presidenzjali ħielsa, ġusti u kredibbli, u tennew ukoll l-appoġġ tagħhom għall-isforzi f’din id-direzzjoni.
Ir-Rappreżentant Għoli u l-ministri għall-affarijiet barranin għamlu referenza wkoll għall-Att Helms-Burton, filwaqt li enfasizzaw l-impenn tal-UE li tipproteġi n-negozji tagħha u li tuża l-miżuri xierqa kollha biex tindirizza l-effetti tal-Att Helms-Burton, inkluż fir-rigward tad-drittijiet tal-UE fid-WTO u permezz tal-użu tal-istatut ta’ mblukkar tal-UE.
Iddiskutew ukoll is-sitwazzjoni fir-Repubblika tal-Moldova, wara l-formazzjoni tal-gvern il-ġdid. Tennew li l-UE hija lesta li taħdem ma’ gvern impenjat lejn ir-riforma, abbażi tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Moldova.
Ir-Rappreżentant Għoli rreferiet ukoll għall-ewwel anniversarju tal-ftehim ta’ Prespa, li ġie iffirmat mill-Greċja u l-Maċedonja ta' Fuq preċiżament sena ilu.
Strateġija Globali tal-UE
Il-ministri għall-affarijiet barranin u għad-difiża ddiskutew l-Istrateġija Globali tal-UE abbażi tat-tielet rapport ta’ progress annwali mir-Rappreżentant Għoli: "L-Istrateġija Globali tal-UE: il-prospettiva tliet snin wara”. Ħadu kont tal-progress li sar fl-aħħar tliet snin u rriflettew fuq il-perspettivi futuri. Il-Kunsill adotta wkoll konklużjonijiet dwar l-azzjoni tal-UE biex issaħħaħ il-multilateraliżmu bbażat fuq ir-regoli.
Il-ministri ffokaw fuq il-kooperazzjoni fil-qasam tas-sigurtà u tad-difiża, u laqgħu l-progress sostantiv li sar biex tissaħħaħ is-sigurtà tal-Unjoni u r-rwol tagħha bħala garanti tas-sigurtà u attur globali, inkluż permezz tal-Politika ta’ Sigurtà u ta’ Difiża Komuni tagħha. Il-Kunsill adotta konklużjonijiet dwar is-sigurtà u d-difiża fil-kuntest tal-Istrateġija Globali tal-UE.
L-effikaċja tal-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni
Il-ministri għall-affarijiet barranin iddiskutew l-effikaċja tal-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni (PESK). It-tibdil kbir li qed iseħħ fix-xenarju globali u l-isfidi li qed tħabbat wiċċha magħhom l-Unjoni Ewropea fid-dinja tal-lum jeħtieġu politika barranija saħansitra aktar effikaċi. Il-ministri għalhekk irriflettew fuq ideat prattiċi biex titjieb l-effikaċja tal-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni (PESK) tal-UE. Taw ħarsa partikolari lejn kif il-koerenza u l-konsistenza jistgħu jiżdiedu aktar u rriflettew fuq modi possibbli biex tissaħħaħ l-unità u l-effikaċja.
Sudan
Il-Kunsill iddiskuta s-sitwazzjoni fis-Sudan u adotta dikjarazzjoni.
Ikla informali dwar il-Lvant Nofsani
Il-ministri għall-affarijiet barranin kellhom skambju ta’ fehmiet mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Ġordan, Ayman Safadi. Iffokaw fuq l-aħħar żviluppi fir-reġjun, inkluż is-Sirja, it-tensjonijiet fir-reġjun tal-Golf, u l-prospetti għall-Proċess ta’ Paċi fil-Lvant Nofsani.
Eskalazzjoni militari fir-reġjun tal-Golf tkun perikoluża ħafna, għal kull persuna fir-reġjun, għall-Ewropa, u għall-bqija tad-dinja. Nappellaw għall-akbar rażan u tnaqqis tat-tensjoni, minħabba li nemmnu li dan huwa fl-interess ta’ kulħadd. Federica Mogherini, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà
Dokumenti tal-laqgħat
Dokumenti ta' tħejjija
Dokumenti ta' eżitu
Stqarrijiet għall-istampa
Is-Sudan: dikjarazzjoni tal-Kunsill Affarijiet Barranin - 17/06/2019
It-tisħiħ tal-multilateraliżmu: il-Kunsill jadotta konklużjonijiet - 17/06/2019
Sigurtà u difiża: il-Kunsill jadotta konklużjonijiet - 17/06/2019
Il-Baħar l-Iswed: il-Kunsill jadotta konklużjonijiet - 17/06/2019
l-Asja Ċentrali: Il-Kunsill jadotta strateġija ġdida tal-UE għar-reġjun - 17/06/2019
L-ilma tax-xorb sikur u s-sanità: il-Kunsill japprova linji gwida tal-UE - 17/06/2019
Il-Maldivi: Il-Kunsill jirrevoka l-qafas tas-sanzjonijiet - 17/06/2019
Tagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Maria Daniela Lenzu Press officer
- +32 470 88 04 02
- +32 2 281 21 46
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
- Segwi @EUCouncilPressgħall-aħħar aġġornamenti għall-istampa.
- Hashtag fuq X: #FAC
Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Barranin
Laqgħat li seħħew
L-aħħar reviżjoni: 6 ta' Frar 2025