"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Barranin

Kunsill Affarijiet Barranin (Kummerċ), 27/05/2019, 27 ta' Mejju 2019

Riżultati ewlenin

Ir-riforma u n-negozjati tad-WTO

Id-WTO qed tiffaċċa sfidi serji għal-leġittimità tagħha u għall-kapaċità tagħha li tiffunzjona b’mod effettiv, iżda ppermettuli nkun ċar: jekk naqtgħu qalbna minnha aktar nitilfu milli niggwadanjaw. Jeħtieġ li nistinkaw għal riforma komprensiva tas-sistema tad-WTO, inkluż soluzzjoni interim għall-kriżi tal-Korp tal-Appell, biex inkunu nistgħu nkomplu niżguraw ir-rilevanza tad-WTO fid-dinja moderna. Ștefan-Radu Oprea, Ministru għall-Ambjent tan-Negozju, il-Kummerċ u l-Intraprenditorija tar-Rumanija

Il-Kunsill iddiskuta s-sitwazzjoni attwali fir-rigward tar-riforma tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) u tan-negozjati fi ħdanha. B'mod partikolari l-Kummissjoni għarrfet lill-ministri dwar l-aħħar inizjattivi tagħha għall-promozzjoni ta'approċċ komprensiv tal-UE għall-modernizzazzjoni tal-funzjonijiet prinċipali kollha tad-WTO: it-tfassil tar-regoli, il-monitoraġġ u s-soluzzjoni tat-tilwim.

Fir-rigward tal-kriżi tal-Korp tal-Appell, il-Kunsill qabel li l-UE għandha taħdem flimkien ma' membri oħra tad-WTO biex tinstab soluzzjoni interim li żżomm il-karattru vinkolanti u ż-żewġ livell ta' aġġudikazzjoni tas-sistema ta' soluzzjoni tat-tilwim tad-WTO.

Il-Kunsill adotta wkoll direttivi ta' negozjar biex jinkwadra l-pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea u jiggwida l-azzjoni tal-Kummissjoni fin-negozjati plurilaterali dwar il-kummerċ elettroniku fid-WTO.

Punti ewlenin mill-Kunsill Affarijiet Barranin (Kummerċ) li sar fi Brussell fis-27 ta’ Mejju 2019.

Relazzjonijiet kummerċjali bejn l-UE u l-Istati Uniti

Il-Kunsill jilqa' d-deċiżjoni tal-Istati Uniti li t-tariffi fuq il-karozzi importati jiġu posposti b'180 jum, iżda jiċħad bil-qawwa l-idea li l-esportazzjoni tal-karozzi tal-UE hija theddida għas-sigurtà nazzjonali tal-Istati Uniti. Aħna nemmnu li tista' tinstab soluzzjoni ta' benefiċċju reċiproku u kompatibbli mad-WTO permezz ta' ftehim kummerċjali limitat fuq prodotti industrijali, ibbażat fuq id-dikjarazzjoni ta' Lulju 2019. L-UE tinsab lesta u trid tinvolvi ruħha f'taħditiet kostruttivi. Ștefan-Radu Oprea, Ministru għall-Ambjent tan-Negozju, il-Kummerċ u l-Intraprenditorija tar-Rumanija

Il-Kunsill kien infurmat mill-Kummissjoni dwar l-aħħar żviluppi fir-relazzjonijiet kummerċjali bejn l-UE u l-Istati Uniti, b'attenzjoni partikolari għall-ħidma tal-Grupp ta' Ħidma Eżekuttiv tal-Istati Uniti u tal-UE, kif ukoll in-negozjati li għaddejjin bħalissa fuq il-valutazzjoni tal-konformità u l-eliminazzjoni tat-tariffi għall-prodotti industrijali.

Il-ministri ħadu wkoll l-opportunità biex jikkummentaw dwar id-deċiżjoni reċenti tal-Istati Uniti li tipposponi t-tariffi fuq il-karozzi importati b'180 jum, sakemm jiġi nnegozjat ftehim biex tkun indirizzata l-kwistjoni tal-importazzjoni mill-Istati Uniti ta' karozzi mill-UE.

F'April 2019, il-Kunsill approva l-mandati biex il-Kummissjoni tiftaħ in-negozjati mal-Istati Uniti dwar l-eliminazzjoni tat-tariffi għall-prodotti industrijali u dwar il-valutazzjoni tal-konformità, skont id-Dikjarazzjoni Konġunta ta' Lulju 2018 miftiehma mill-President Juncker u l-President Trump.

Disinn astratt b'elementi tal-bnadar tal-Istati Uniti u tal-UE u kontejners tal-merkanzija.

Kummerċ UE-Stati Uniti: fatti u ċifri (Infografika)

Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-UE u l-Vjetnam u Ftehim ta' Protezzjoni tal-Investiment

Il-Kunsill ġie infurmat li l-adozzjoni u l-firma ta' ftehim ta' kummerċ ħieles u ta' ftehim ta' protezzjoni tal-investiment bejn l-UE u l-Vjetnam huma ppjanati li jseħħu sal-aħħar ta' Ġunju 2019.

Suġġetti oħra fuq l-aġenda

Waqt l-ikla ta' nofsinhar, il-ministri ddiskutew in-negozjati kummerċjali li għaddejjin bħalissa, b'mod partikolari mal-Mercosur, l-Awstralja, New Zealand, iċ-Ċilì u l-Indoneżja.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Barranin

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 6 ta' Frar 2025