"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Barranin

Kunsill Affarijiet Barranin (Żvilupp), 16/05/2019, 16 ta' Mejju 2019

Riżultati ewlenin

Iż-żgħażagħ u l-iżvilupp

Il-ministri tal-UE għall-iżvilupp iddiskutew iż-żgħażagħ u l-iżvilupp flimkien ma' Jayathma Wickramanayake, il-Mibgħut għaż-Żgħażagħ tas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti.

Għall-Unjoni Ewropea l-investiment fiż-żgħażagħ huwa essenzjali. Kemm jekk fl-Afrika jew fil-Mediterran, aħna waqqafna fora biex ngħinu sabiex leħen iż-żgħażagħ jinstema’. Fil-laqgħa tagħna tal-lum iddiskutejna fit-tul l-importanza ta’ bidliet ġenerazzjonali anki fi ħdan istituzzjonijiet politiċi u l-ħtieġa li ż-żgħażagħ ikunu parti mill-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet. Federica Mogherini, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà

Il-Mibgħut fissret il-viżjoni u l-prijoritajiet tagħha għat-tisħiħ tal-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ. Hija ssottolinjat il-ħtieġa li ma nibżgħux nagħtu liż-żgħażagħ ir-responsabbiltà u nsaħħuhom bil-ħiliet meħtieġa u l-aċċess għall-istituzzjonijiet sabiex ikunu jistgħu jagħmlu differenza fit-tfassil tal-politika. Hija ddeskriviet l-ostakli soċjali, ekonomiċi u politiċi li qed jiffaċċjaw iż-żgħażagħ, speċjalment it-tfajliet. Hija tat 6 rakkomandazzjonijiet għat-triq 'il quddiem: 1) nikkunsidraw l-emanċipazzjoni ekonomika taż-żgħażagħ bħala t-triq prinċipali għall-inklużjoni soċjali u drittijiet oħra, 2) niffokaw fuq bidliet transnazzjonali, 3) niżguraw li ż-żgħażagħ jifhmu l-valur tal-multilateraliżmu, 4) nimpenjaw liż-żgħażagħ fil-politika u nnaqqsu d-distakk fl-età bejn dawk li jiggvernaw u dawk iggvernati, 5) niggarantixxu l-finanzjament għaż-żgħażagħ għal terminu fit-tul, u 6) ninkludu liż-żgħażagħ fit-tfassil tal-politika f'livell orizzontali.

Il-ministri rrikonoxxew li ż-żgħażagħ u l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ huma atturi soċjali essenzjali u li għandha ssir ħidma li tavvanza r-rwol pubbliku tagħhom u biex ikunu rikonoxxuti bħala sħab ugwali. Huma qablu li l-azzjonijiet kollha ta’ żvilupp għandu jkollhom il-ġenerazzjonijiet futuri bħala prijorità.

Huma qablu wkoll li ż-żgħażagħ għandhom ikunu dejjem aktar involuti fit-tfassil, l-implimentazzjoni u r-rieżami tal-politiki nazzjonali u lokali, u li għandhom jitneħħew l-ostakli għall-inseriment soċjali, ekonomiku, kulturali u politiku tagħhom. Il-ministri ħadu wkoll l-impenn li jintensifikaw l-isforzi biex jitnaqqsu l-ostakli partikolari li qed jiffaċċjaw iż-żgħażagħ, b’mod partikolari t-tfajliet.

Aġenda 2030 għall-iżvilupp sostenibbli

Il-ministri ddiskutew kif ser jinżamm il-momentum għall-aġenda 2030 u t-tibdil fil-klima fl-2019 fid-dawl tal-forum politiku ta' livell għoli dwar l-iżvilupp sostenibbli (8-19 ta’ Lulju 2019), u s-Summit dwar il-Klima (23 ta’ Settembru) u s-Summit dwar l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDG) (24-25 ta’ Settembru).

Huma rrikonoxxew li l-2019 tirrappreżenta opportunità unika għall-intensifikar tal-implimentazzjoni tal-Aġenda 2030 lejn il-kisba tal-SDGs. Huma ssottolinjaw li kien mument importanti għall-UE biex tassumi r-rwol ta' tmexxija u tiggarantixxi l-momentum għall-inizjattivi ta’ żvilupp sostenibbli.

Il-ministri għall-iżvilupp tal-UE fakkru li l-Aġenda 2030 u l-ftehim ta’ Pariġi dwar it-tibdil fil-klima jikkostitwixxu elementi fundamentali tal-parteċipazzjoni tal-UE fi ħdan l-arkitettura tal-iżvilupp globali, u huma vitali għall-prosperità fit-tul tal-UE.

Is-Saħel

Il-ministri tal-UE għall-iżvilupp iddiskutew is-Saħel, wara l-adozzjoni tal-konklużjonijiet tal-Kunsill mill-ministri għall-affarijiet barranin fit-13 ta’ Mejju u l-laqgħa tal-ministri għad-difiża u għall-affarijiet barranin tal-UE mal-kontropartijiet tagħhom mill-pajjiżi tal-G5 tas-Saħel (il-Burkina Faso, iċ-Chad, il-Mali, il-Mauritania u n-Niġer) fl-14 ta’ Mejju.

Huma tennew l-importanza strateġika tas-Saħel għall-UE u ssottolinjaw l-impenn kontinwu tal-UE għar-reġjun, b’mod partikolari f’termini ta' għajnuna umanitarja u għall-żvilupp.

Huma rrikonoxxew l-importanza tal-approċċ integrat, li jikkombina d-djalogu politiku, il-kooperazzjoni dwar is-sigurtà (inkluż permezz tal-operazzjonijiet tal-PSDK u l-appoġġ dirett għall-Forza Konġunta tal-G5 tas-Saħel), u l-għajnuna għall-iżvilupp. Il-ministri tal-UE għall-iżvilupp esploraw modi kif jindirizzaw id-deterjorament reċenti fis-sitwazzjoni tas-sigurtà, u qablu li r-rispons għandu jkun multidimensjonali, u għandu jindirizza l-kwistjonijiet soċjoekonomiċi bl-istess importanza daqs dawk tas-sigurtà.

Huma rrikonoxxew l-urġenza fil-provvediment ta’ servizzi bażiċi lill-popolazzjonijiet lokali, l-indirizzar tat-tibdil fil-klima, u r-restawr tal-preżenza tal-istat.

Dikjarazzjoni minn Jayathma Wickramanayake, il-Mibgħut għaż-Żgħażagħ tas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Barranin

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 6 ta' Frar 2025