"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Barranin

Kunsill Affarijiet Barranin (Difiża), 14/05/2019, 14 ta' Mejju 2019

Riżultati ewlenin

Is-Saħel

Il-ministri tal-UE għall-affarijiet barranin u d-difiża ddiskutew is-sitwazzjoni fis-Saħel mal-kontropartijiet tagħhom mill-pajjiżi tal-G5 tas-Saħel (il-Burkina Faso, iċ-Chad, il-Mali, il-Mauritania u n-Niġer). Il-laqgħa kienet l-opportunità biex tkun affermata mill-ġdid l-importanza strateġika tas-Saħel għall-UE, li tappoġġa lill-pajjiżi tal-G5 tas-Saħel fl-isforzi tagħhom biex jindirizzaw sfidi multipli.

Kienet diskussjoni pożittiva ħafna, profonda, u onesta. Enfasizzajna l-appoġġ li nistgħu nagħtu biex tiġi mobilizzata mill-ġdid l-awtorità tal-istat u biex ikun żgurat il-forniment tas-servizzi bażiċi, peress li n-nuqqas tagħhom jolqot l-għajxien tal-popolazzjonijiet tal-lokal. Qbilna li jeħtieġ naħdmu flimkien fir-rigward tar-riforma tas-settur tas-sigurtà u dwar ċerti aspetti tal-imġiba tal-forzi armati, li trid tkun eżemplari. Qbilna li mhu ser ikun hemm l-ebda lok għall-impunità. Federica Mogherini, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà

B'mod partikolari l-ministri ddiskutew kif għandu jiġi indirizzat id-deterjorament reċenti fis-sitwazzjoni tas-sigurtà fir-reġjun, inkluż il-preżenza akbar ta' gruppi terroristiċi, kif ukoll iż-żieda fil-vjolenza interkomunali. Huma affermaw mill-ġdid id-determinazzjoni b'saħħitha tagħhom li jżidu l-isforzi fil-ġlieda kontra gruppi ġiħadisti u gruppi terroristiċi oħra u biex terġa' tinkiseb l-istabbiltà, inkluż permezz ta' aktar ħidma biex tibda titħaddem il-Forza Konġunta tal-G5 tas-Saħel. Huma semmew ukoll ir-rwol importanti li l-MINUSMA għandha biex tappoġġa l-isforzi ta' sigurtà fil-Mali u fir-reġjun. Kienu enfasizzati wkoll kemm il-ħtieġa li l-preżenza tal-istati tissaħħaħ fit-territorju kollu tas-Saħel kif ukoll l-importanza li jkun indirizzat ksur tad-drittijiet tal-bniedem.

Il-ministri tal-UE għall-affarijiet barranin u d-difiża ltaqgħu mal-kontropartijiet tagħhom mill-pajjiżi tal-G5 tas-Saħel.

PESCO

Il-ministri għad-difiża ddiskutew il‑PESCO wara l‑ewwel sena sħiħa ta' implimentazzjoni tagħha. Huma eżaminaw il-progress li sar, inkluż l-implimentazzjoni tal-34 proġett maqbula f'dan il-qafas. Huma evalwaw id-diskussjoni li għaddejja fir-rigward tal-kondizzjonijiet ġenerali skont liema Stati terzi jistgħu jiġu mistiedna jieħdu sehem fi proġetti individwali, u affermaw mill-ġdid l-impenn tagħhom li jtemmu din il-ħidma kemm jista' jkun malajr.

Il-Kunsill adotta rakkomandazzjoni li tivvaluta l‑progress li sar mill‑istati membri parteċipanti biex jirrispettaw l-impenji meħuda fil‑qafas tal-Kooperazzjoni Strutturata Permanenti (PESCO).

Kooperazzjoni UE-NATO

Il-ministri għad-difiża ddiskutew il-kooperazzjoni UE-NATO mal-Viċi Segretarju Ġenerali tan-NATO Rose Gottemoeller. Huma ffukaw b'mod partikolari fuq modi biex jiġi miġġieled theddid ibridu.

Bord ta' Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għad-Difiża

Il-bord ta' tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għad-Difiża ltaqa' wara l-laqgħa tal-Kunsill:

Fil-marġini, 22 stat membru ffirmaw programm ta' mobbiltà militari tal-EDA ġdid:

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Barranin

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 6 ta' Frar 2025