"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Barranin

Kunsill Affarijiet Barranin, 10/01/2020, 10 ta' Jannar 2020

Riżultati ewlenin

Ġrajjiet kurrenti

Il-Kunsill iddiskuta l-aħħar żviluppi fil-Libja, inkluż l-eskalazzjoni militari madwar Tripli u, fil-marġini tal-laqgħa, kellu l-opportunità li jiġi infurmat mir-Rappreżentant Speċjali tan-NU u l-Kap tal-Missjoni ta' Appoġġ tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Libja (UNSMIL), Ghassan Salamé.

Il-ministri esprimew il-qbil tagħhom dwar il-ħtieġa li l-UE tinvolvi ruħha b'mod qawwi biex tevita li jnintilef il-kontroll fuq il-kriżi kurrenti, u taw mandat lir-Rappreżentant Għoli tal-UE għall-Affarijiet Barranin, Josep Borrell, li jkellem lill-atturi kollha bil-għan li jsir progress lejn soluzzjoni politika fil-qafas tal-proċess ta' Berlin u l-isforzi ta' medjazzjoni mmexxija min-NU.

Żviluppi reċenti fl-Iraq

Il-Kunsill ġie infurmat dwar l-aħħar żviluppi fl-Iraq, inkluż permezz ta' skambju informali mas-Segretarju Ġenerali tan-NATO, Jens Stoltenberg.

Il-ministri ġew mistiedna jivvalutaw il-konsegwenzi tal-aħħar eskalazzjoni ta' tensjoni u inċidenti kbar ta' sigurtà fl-Iraq u fir-reġjun u ddiskutew l-impatt ta' dawn l-iżviluppi fuq il-koalizzjoni internazzjonali involuta fil-ġlieda kontra d-Da'esh.

Josep Borrell, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà
Il-ministri tawni mandat b'saħħtu biex nagħmel sforzi diplomatiċi mal-partijiet kollha biex jikkontribwixxu għat-tnaqqis tat-tensjoni fir-reġjun, jappoġġaw id-djalogu politiku u jippromwovu soluzzjoni politika reġjonali.
Josep Borrell, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà
Josep Borrell, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà

Il-Kunsill appella għal tnaqqis urġenti tat-tensjoni u trażżin massimu. Ikkundanna wkoll kull attakk fuq il-forzi ta' koalizzjoni involuti fil-ġlieda kontra d-Da'esh u stqarr mill-ġdid li din il-ġlieda għadha prijorità tal-UE.

Il-ministri għall-affarijiet barranin enfasizzaw l-appoġġ kontinwu tagħhom għall-istabbiltà u r-rikostruzzjoni tal-Iraq, kif ukoll għall-preservazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni Komprensiv Konġunt (PAKK), bħala element ewlieni tal-arkitettura globali tan-nonproliferazzjoni nukleari. Fl-istess ħin, il-ministri appellaw lill-Iran biex mill-ġdid jerġa' jikkonforma bis-sħiħ mal-PAKK mingħajr dewmien.

Fl-aħħar nett il-Kunsill ta mandat lir-Rappreżentant Għoli tal-UE biex jagħmel sforzi diplomatiċi mal-partijiet kollha biex jikkontribwixxu għat-tnaqqis tat-tensjoni fir-reġjun, jappoġġaw id-djalogu politiku u jippromwovu soluzzjoni politika reġjonali.

L-UE tappella għal tnaqqis urġenti tat-tensjoni u trażżin massimu fl-Iraq

Dokumenti tal-laqgħat

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Barranin

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 14 ta' Jannar 2025