"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Barranin

Kunsill Affarijiet Barranin, 20/01/2020, 20 ta' Jannar 2020

Riżultati ewlenin

Ġrajjiet kurrenti

Il-Kunsill Affarijiet Barranin ġie infurmat dwar l-eżitu tal-konferenza ta' Berlin dwar il-Libja tad-19 ta' Jannar. Il-Kunsill iddiskuta kif l-UE tista' timpenja ruħhab'mod aktar b'saħħtu fil-proċess lejn soluzzjoni politika, b'mod partikolari biex tgħin jiġi implimentat il-waqfien mill-ġlied maqbul u jiġi infurzat l-embargo tan-NU fuq l-armi.

Il-Kunsill imbagħad ittratta s-sitwazzjoni fil-Bolivja. Il-ministri tennew l-appoġġ tagħhom għall-proċess li ser iwassal għal elezzjonijiet ġenerali fit-3 ta' Mejju 2020.

Il-ministri rreferew ukoll għall-Venezwela, wara eskalazzjoni ulterjuri tal-kriżi relatata ma' avvenimenti reċenti fl-Assemblea Nazzjonali. Huma tennew l-appoġġ tagħhom għal Juan Guaidó bħala President tal-Assemblea Nazzjonali.

Fl-aħħar nett ir-Rappreżentant Għoli rrapporta fil-qosor dwar iż-żjara tiegħu f'New Delhi, l-Indja, fejn ipparteċipa fid-Djalogu ta' Raisina u ddiskuta mal-awtoritajiet Indjani t-tħejjijiet għall-15-il Summit UE-Indja li jmiss, skedat għat-13 ta' Marzu.

Is-Saħel

Il-Kunsill kellu skambju ta' fehmiet dwar id-deterjorament tas-sitwazzjoni tas-sigurtà u dik umanitarja fis-Saħel u r-rwol li tista' taqdi l-UE bħala sieħeb u donatur ewlieni fir-reġjun, wara s-summit bejn Franza u l-G5 tas-Saħel li sar f'Pau fit-13 ta' Jannar.

Il-Kunsill esprima appoġġ għat-tiġdid u l-intensifikazzjoni tal-Istrateġija għas-Saħel eżistenti bil-ħsieb li jiżdied l-impatt tal-azzjoni tal-UE b'appoġġ għas-sigurtà, l-istabbiltà u l-iżvilupp. Il-ministri enfasizzaw l-importanza ta' approċċ integrat li jiżgura sinerġiji massimi bejn l-atturi differenti involuti u r-riżorsi użati, kif ukoll jiżgura s-sjieda tal-pajjiżi tal-G5 tas-Saħel.

Fl-interventi tagħhom, il-ministri ttrattaw ukoll il-laqgħa li jmiss mal-G5 tas-Saħel, li l-President tal-Kunsill Ewropew, Charles Michel, beħsiebu jorganizza fil-marġini tal-Kunsill Ewropew ta' Marzu 2020.

Josep Borrell, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà
Illum il-Kunsill iddeċieda li nintensifikaw il-kooperazzjoni strateġika tagħna mal-pajjiżi tas-Saħel. Huwa ċar li rridu nagħmlu aktar, u f'Marzu ser nitkellmu dwar dan fil-marġini tal-Kunsill Ewropew li jmiss.
Josep Borrell, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà
Josep Borrell, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà

Diplomazija dwar il-klima

Il-Kunsill iddiskuta modi biex iżid u jsaħħaħ id-diplomazija tiegħu dwar il-klima, u adotta konklużjonijiet dwar il-kwistjoni.

Il-ministri rreferew b'mod partikolari għal azzjonijiet konkreti possibbli biex jintlaħqu b'mod effettiv il-pajjiżi terzi, tiġi ġġenerata aktar ambizzjoni klimatika fil-livell globali u tittejjeb l-implimentazzjoni minn sħab u emittenti ewlenin.

Il-proċess ta' paċi fil-Lvant Nofsani u r-reġjun usa'

Matul ikla ta' ħidma, il-ministri għall-affarijiet barranin tal-UE ddiskutew informalment il-Proċess ta' Paċi fil-Lvant Nofsani (PPLN) u l-Lvant Nofsani usa'. Dawn id-diskussjonijiet kienu bbażati fuq l-eżitu tal-Kunsill Affarijiet Barranin straordinarju tal-10 ta' Jannar 2020, li ffoka fuq is-sitwazzjoni attwali fil-Libja u fl-Iraq. F'dan il-kuntest il-ministri ttrattaw ukoll il-futur tal-PAKK, il-ftehim nukleari mal-Iran. Ir-Rappreżentant Għoli enfasizza li ser ikompli jimpenja ruħu mal-atturi rilevanti kollha fir-reġjun.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Barranin

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 6 ta' Frar 2025