"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Barranin

Kunsill Affarijiet Barranin, 17 ta' Frar 2020

Riżultati ewlenin

Ġrajjiet kurrenti

Il-Kunsill Affarijiet Barranin ġie infurmat dwar iż-żjarat reċenti li għamel ir-Rappreżentant Għoli lill-Balkani tal-Punent, ir-reġjun tal-Lvant Nofsani - b'mod partikolari l-Ġordan u l-Iran - u l-Istati Uniti.

F'dan il-kuntest il-ministri kellhom l-opportunità li jiddiskutu l-Proċess tal-Lvant Nofsani, inkluż il-proposti reċenti tal-Istati Uniti, ir-rwol tal-UE u kif l-aħjar jerġa' jitnieda proċess politiku li huwa aċċettabbli għaż-żewġ partijiet, li jibni fuq parametri maqbula b'mod internazzjonali, drittijiet ugwali u d-dritt internazzjonali.

Il-Kunsill imbagħad semma l-kriżi li qed tiżviluppa fil-Majjistral tas-Sirja, fejn l-offensiva militari mir-reġim Sirjan u l-alleati tiegħu tirriżulta fi kriżi umanitarja f'Idlib, u qed tissogra li timmina l-istabbiltà reġjonali usa'.

Fl-aħħar, il-ministri rreferew għall-Venezwela, u għas-Saħel.

Libja

Josep Borrell, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà
Aħna ser inniedu operazzjoni ġdida fil-Mediterran u qbilna li din l-operazzjoni ser ikollha bħala mira l-implimentazzjoni tal-embargo fuq l-armi impost mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti. L-operazzjoni ser tinkludi assi tal-ajru, satellitari u marittimi.
Josep Borrell, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà
Josep Borrell, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà

Il-Kunsill ġie infurmat dwar l-eżitu tal-laqgħa ta' segwitu reċenti dwar il-proċess ta' Berlin fil-marġini tal-Konferenza ta' Munich dwar is-Sigurtà, u kellu skambju ta' fehmiet dwar il-Libja.

F'dan il-kuntest, il-ministri laħqu qbil politiku dwar it-tnedija ta' operazzjoni ġdida fil-Mediterran, immirata lejn l-implimentazzjoni tal-embargo fuq l-armi impost mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Il-kompiti sekondarji jistgħu jinkludu l-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata responsabbli għall-migrazzjoni, u t-taħriġ tal-gwardja tal-kosta u l-flotta navali Libjani.

L-operazzjoni l-ġdida ser tinkludi assi tal-ajru, satellitari u marittimi u ż-żona ta' operazzjonijiet tagħha ser tiġi definita skont il-mandat miftiehem.

Il-ministri qablu li l-impatt potenzjali fuq il-flussi migratorji ser jiġi ssorveljat b'attenzjoni u, f'xi każijiet, jista' jwassal għall-irtirar ta' assi marittimi miż-żona rilevanti.

Relazzjonijiet bejn l-UE u l-Unjoni Afrikana

Il-Kunsill iddiskuta r-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Unjoni Afrikana, bil-ħsieb li jiġu pprovduti orjentazzjonijiet politiċi dwar prijoritajiet strateġiċi futuri mal-Afrika, u biex jiġi kkoordinat il-kuntatt mas-sħab Afrikani qabel laqgħat importanti li ġejjin.

Dawn jinkludu l-laqgħa tal-Ministri għall-Affarijiet Barranin tal-UA u l-UE u s-Sitt Summit li jmiss bejn l-UE u l-Unjoni Afrikana li ser isir fi Brussell f'Ottubru 2020.

Il-Kummissjoni Ewropea mistennija tippreżenta komunikazzjoni konġunta "Lejn Strateġija Komprensiva mal-Afrika" fl-4 ta' Marzu 2020.

Relazzjonijiet bejn l-UE u l-Indja

Waqt ikla informali, il-ministri għall-affarijiet barranin u l-Ministru għall-Affarijiet Esterni tal-Indja, Subrahmanyam Jaishankar, kellhom diskussjoni qabel il-15-il Summit bejn l-UE u l-Indja li huwa mistenni li jsir fit-13 ta' Marzu fi Brussell.

L-enfasi ewlenija ta' dan l-iskambju kienet fuq il-multilateraliżmu u li jiġu rispettati r-regoli bbażati fuq l-ordni globali, it-tibdil fil-klima u l-protezzjoni ambjentali, il-kwistjonijiet ta' politika barranija u s-sigurtà reġjonali, kif ukoll, il-kummerċ u l-investiment, il-modernizzazzjoni sostenibbli u l-konnettività.

Missjoni ġdida tal-UE biex tissorvelja l-embargo tal-armi tan-NU fil-Libja

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Barranin

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 6 ta' Frar 2025