"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Barranin

Kunsill Affarijiet Barranin (Kummerċ), 21/11/2019, 21 ta' Novembru 2019

Riżultati ewlenin

Punti ewlenin mill-Kunsill dwar il-Kummerċ li sar fi Brussell fil-21 ta' Novembru 2019

Modernizzazzjoni tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ

Il-Kunsill iddiskuta l-istat attwali tan-negozjati fl-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, u l-progress fil-proċess ta’ riforma tiegħu.

Il-Kummissjoni għarrfet lill-ministri dwar l-aħħar inizjattivi tagħha għall-promozzjoni ta' approċċ komprensiv tal-UE lejn il-modernizzazzjoni tal-funzjonijiet ewlenin kollha tad-WTO: it-tfassil tar-regoli, il-monitoraġġ u s-soluzzjoni tat-tilwim. Saret enfasi partikolari fuq il-ħtieġa li jinstabu soluzzjonijiet operazzjonali biex tiġi evitata l-paraliżi tas-sistema tas-soluzzjoni tat-tilwim ladarba l-mandat ta’ wieħed mit-tliet imħallfin li fadal tal-Korp tal-Appell jiskadi fil-11 ta’ Diċembru 2019 u l-qorti ma tkunx tista’ tkompli topera.

Ville Skinnari, Ministru għall-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u l-Kummerċ Barrani tal-Finlandja
Sistema ta’ soluzzjoni tat-tilwim li taħdem sew hija kruċjali għall-effettività, ir-rilevanza u l-kredibbiltà tad-WTO b'mod ġenerali. L-importanza tagħha hija kbira u r-riforma tagħha hija kruċjali għal sistema multilaterali ta’ suċċess. Aħna impenjati li nindirizzaw l-għeruq tan-nuqqas ta’ sodisfazzjon bis-sistema eżistenti u li nressqu soluzzjonijiet li jindirizzaw kemm id-diffikultajiet fuq medda qasira ta' żmien kif ukoll dawk aktar fit-tul.
Ville Skinnari, Ministru għall-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u l-Kummerċ Barrani tal-Finlandja
Ville Skinnari, Ministru għall-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u l-Kummerċ Barrani tal-Finlandja

Il-Kummissjoni pprovdiet ukoll lill-Kunsill rapport dwar is-sitwazzjoni attwali dwar it-tħejjijiet għat-12-il Konferenza Ministerjali tad-WTO (KM12) li ser issir f’Nur-Sultan, il-Każakistan, f’Ġunju 2020, u r-riżultati li jista' jkollha.

L-istati membri kienu ġeneralment favur eżitu ambizzjuż għall-KM 12, filwaqt li ddikjaraw mill-ġdid l-importanza tal-proċess multilaterali u li jippermettu riżultati konkreti kemm permezz ta’ negozjati plurilaterali kif ukoll multilaterali. Il-kwistjonijiet ta’ prijorità għall-UE jinkludu, fost l-oħrajn, is-sussidji għas-sajd, is-soluzzjoni tat-tilwim, is-sussidji industrijali u l-kummerċ elettroniku.

Relazzjonijiet kummerċjali bejn l-UE u l-Istati Uniti

Il-Kunsill ħa nota tal-aħħar żviluppi rigward ir-relazzjonijiet kummerċjali bejn l-UE u l-Istati Uniti.

Il-ministri enfasizzaw l-appoġġ tagħhom għall-istrateġija attwali li jinżamm jew saħansitra jitwessa’ l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ aġenda kummerċjali pożittiva mal-Istati Uniti, abbażi tal-ftehim milħuq mill-Presidenti Juncker u Trump fil-25 ta’ Lulju 2018, filwaqt li jiġu difiżi l-prinċipji bażiċi tas-sistema multilaterali.

Il-Kummissjoni ppreżentat l-aħħar żviluppi fuq il-fergħat differenti tar-relazzjonijiet bilaterali mal-Istati Uniti, fosthom:

  • negozjati dwar il-valutazzjoni tal-konformità u l-eliminazzjoni tat-tariffi għal prodotti industrijali
  • impożizzjoni potenzjali ta’ miżuri restrittivi tal-Istati Uniti (l-hekk imsejħa tariffi tat-“taqsima 232”) fuq importazzjonijiet tal-karozzi mill-UE u
  • segwitu għat-tilwim WTO Airbus/Boeing

Il-ministri semmew ukoll il-kuntest kummerċjali usa’ u ddiskutew l-aħħar żviluppi fir-relazzjonijiet bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina u bejn l-Istati Uniti u l-Ġappun fil-kuntest tal-impatt tagħhom fuq l-interessi tal-UE u l-ekonomija dinjija ġenerali.

Implimentazzjoni ta’ ftehimiet kummerċjali

Il-Kunsill kellu dibattitu ta’ orjentazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta’ ftehimiet kummerċjali abbażi ta’ rapport tal-Kummissjoni.

Ir-rapport jenfasizza li l-kumpaniji Ewropej komplew jagħmlu użu tajjeb mill-opportunitajiet li ħoloq in-netwerk kummerċjali tal-UE. B’mod ġenerali, il-kummerċ jammonta għal 35% tal-prodott domestiku gross tal-UE, filwaqt li aktar minn 36 miljun impjieg huma appoġġati mill-esportazzjonijiet barra mill-UE. L-UE rreġistrat eċċess ta’ EUR 84.6 biljun f’kummerċ ta’ merkanzija mas-sħab tagħha fil-ftehim kummerċjali, meta mqabbel mad-defiċit kummerċjali globali tagħha mal-bqija tad-dinja ta’ madwar EUR 24.6 biljun.

Waqt id-diskussjoni, il-ministri enfasizzaw l-importanza li tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva tal-ftehimiet kummerċjali sabiex il-kumpaniji u ċ-ċittadini tal-UE jkunu jistgħu jgawdu bis-sħiħ minnhom. F’dan ir-rigward il-ministri enfasizzaw ukoll l-importanza ta’ kooperazzjoni mill-qrib u komunikazzjoni tajba bejn il-Kummissjoni, l-istati membri, il-kumpaniji privati u l-partijiet interessati.

Il-Kunsill ġie infurmat ukoll dwar l-aħħar stħarriġ tal-Ewrobarometru dwar il-kummerċ u l-kwistjoni ta’ mġiba kummerċjali responsabbli.

Waqt l-ikla ta’ nofsinhar, il-ministri ddiskutew ir-relazzjonijiet kummerċjali maċ-Ċina. Il-Kummissjoni pprovdiet ukoll ħarsa ġenerali lejn negozjati kummerċjali oħra li għaddejjin bħalissa.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Barranin

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 6 ta' Frar 2025