"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Barranin

Kunsill Affarijiet Barranin (Żvilupp), 25/11/2019, 25 ta' Novembru 2019

Riżultati ewlenin

Ġrajjiet kurrenti

Il-Kunsill għamel referenza għall-Forum Globali dwar ir-Refuġjati, li ser isir f'Ġinevra fis-17-18 ta' Diċembru 2019. Il-ministri għall-iżvilupp ġew infurmati dwar l-involviment usa' tal-UE li jkopri l-firxa sħiħa ta' oqsma tal-Patt Globali dwar ir-Refuġjati.

Il-Kunsill kien aġġornat ukoll dwar is-sitwazzjoni attwali tan-negozjati dwar is-sħubija futura bejn l-UE u l-pajjiżi Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP), fid-dawl tal-iskadenza tal-qafas ta' Cotonou fl-2020.

L-UE trid timmassimizza l-impatt tal-għajnuna tagħha għall-iżvilupp

Arkitettura finanzjarja għall-iżvilupp

Federica Mogherini, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà
Jeħtieġ li nimmassimizzaw ir-riżultati tal-iżvilupp sostenibbli, permezz ta' investimenti ta' kwalità, u interessati wkoll fl-ingranaġġ, il-viżibbiltà u fl-aħħar mill-aħħar ritorn politiku lejn l-Unjoni Ewropea.
Federica Mogherini, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà
Federica Mogherini, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà

Il-ministri għall-iżvilupp kellhom skambju ta' fehmiet dwar l-arkitettura finanzjarja futura għall-iżvilupp sostenibbli wara l-ħruġ tar-rapport tal-Grupp ta' Persuni Għorrief fit-8 ta' Ottubru 2019.

Il-President tal-Grupp ta' Persuni Għorrief Thomas Wieser ippreżenta r-rapport finali dwar kif għandu jiġi massimizzat il-valur miżjud tal-arkitettura finanzjarja Ewropea għall-iżvilupp, b'kont meħud tal-korpi nazzjonali u internazzjonali eżistenti involuti. Il-President tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI), Werner Hoyer u l-President tal-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (BERŻ), Sir Suma Chakrabarti attendew ukoll il-laqgħa u ppreżentaw il-fehmiet tagħhom.

Ir-rapport jargumenta b'appoġġ għall-konsolidazzjoni u s-simplifikazzjoni tal-finanzjament għall-iżvilupp u l-attivitajiet klimatiċi barra mill-UE f'entità waħda, "Bank Ewropew dwar il-Klima u l-Iżvilupp Sostenibbli", sabiex jiġu evitati duplikazzjonijiet u biex jissaħħu l-preżenza, ir-rwol u l-kapaċità fit-tul tal-UE li twettaq il-prijoritajiet ta' żvilupp tagħha. Ir-rapport jiddeskrivi wkoll diversi għażliet dwar kif dan jista' jinkiseb. Barra minn hekk, ir-rapport jargumenta favur it-teħid ta' passi aktar immedjati biex jinħoloq ċentru ta' politika b'saħħtu fl-UE u biex il-baġit tal-UE għall-iżvilupp jintuża fil-Qafas Finanzjarju Pluriennali li jmiss bħala katalist għar-riforma tas-sistema eżistenti.

Matul id-diskussjoni, il-ministri enfasizzaw l-importanza ta' ħidma lejn viżjoni komuni u strateġika, u t-titjib tal-koerenza u l-effettività tal-azzjoni tal-UE, biex b'hekk tingħata aktar viżibbiltà u impatt akbar lill-UE bħala l-akbar donatur fid-dinja. Il-ministri enfasizzaw ukoll li kemm jista' jkun malajr għandha ssir ħidma fuq miżuri għal perijodu qasir u li soluzzjonijiet fuq perijodu itwal għandhom ikunu bbażati fuq analiżi fil-fond.

Il-Presidenza Finlandiża għandha l-għan li tadotta konklużjonijiet tal-Kunsill dwar ir-rapport sa Diċembru 2019, b'kont meħud tal-gwida pprovduta mill-ministri għall-iżvilupp.

Appoġġ għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw fi tranżizzjoni

Il-Kunsill iddiskuta kif l-UE u l-istati membri jistgħu jikkooperaw aħjar biex jappoġġaw l-iżvilupp ta' pajjiżi fi tranżizzjoni, b'attenzjoni partikolari għall-każijiet tal-Etjopja u s-Sudan. Il-ministri qasmu l-esperjenza tagħhom u identifikaw l-aħjar prattiki, sfidi u prijoritajiet li fil-każ tal-Etjopja, jiffokaw fuq it-tranżizzjoni ekonomika, inkluż l-involviment tas-settur privat.

Fi skambju qasir ta' fehmiet dwar is-Sudan, abbażi tad-diskussjonijiet mill-ministri għall-affarijiet barranin fil-11 ta' Novembru, il-Kunsill afferma mill-ġdid l-appoġġ tiegħu għall-proċess ta' paċi u tenna l-importanza li n-nisa u ż-żgħażagħ jiġu inklużi biex tinkiseb stabbiltà fit-tul, kif ukoll l-urġenza li t-tranżizzjoni demokratika tiġi akkumpanjata bir-riżorsi meħtieġa.

Ġeneru u edukazzjoni

Matul ikla ta' ħidma, il-ministri għall-iżvilupp tal-UE kellhom skambju ta' fehmiet mal-Ministru għall-Edukazzjoni tal-Etjopja, Dr. Tilye Gete. Huma taw ħarsa lejn l-isfidi għat-tagħlim fl-Afrika minn perspettiva tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Barranin

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 6 ta' Frar 2025