"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Barranin

Vidjokonferenza informali tal-ministri għall-affarijiet barranin (Żvilupp), 29 ta' April 2021

Riżultati ewlenin

Il-ministri tal-UE għall-iżvilupp kellhom dibattitu ta' orjentazzjoni dwar l-Arkitettura Finanzjarja Ewropea għall-Iżvilupp (EFAD) futura, bil-parteċipazzjoni tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) u l-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (BERŻ).

Il-ministri ddiskutew b'mod partikolari l-konklużjonijiet u s-sejbiet tal-''Istudju tal-fattibbiltà dwar l-għażliet għat-tisħiħ tal-Arkitettura Finanzjarja Ewropea futura għall-Iżvilupp", u pprovdew gwida politika dwar it-triq 'il quddiem.

F'konformità mal-eżitu tal-Istudju tal-Fattibbiltà, il-ministri esprimew appoġġ ċar għal approċċ imsaħħaħ ta' Tim Ewropa, li jkollu l-benefiċċju li jevita l-frammentazzjoni, iżid is-sinerġiji, u jsaħħaħ l-impatt kollettiv tal-appoġġ tal-UE għall-iżvilupp.

Il-ministri enfasizzaw ukoll li l-azzjoni tal-UE għandha tkun iggwidata minn direzzjoni politika b'saħħitha, u li koordinazzjoni mingħajr xkiel u governanza b'saħħitha huma essenzjali għas-suċċess ta' dan l-approċċ.

Josep Borrell, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà
Fil-vidjokonferenza informali tal-lum mal-ministri għall-iżvilupp, għamilna pass importanti 'l quddiem lejn arkitettura finanzjarja Ewropea għall-iżvilupp (EFAD) u ħarisna lejn is-sejbiet u l-għażliet ippreżentati mill-Istudju tal-Fattibbiltà. Biex nilqgħu l-isfidi globali attwali u futuri u nistabbilixxu t-tmexxija tal-UE biex "nibnu mil-ġdid aħjar", jeħtieġ li nisfruttaw il-potenzjal sħiħ tal-EFAD billi nibnu fuq il-punti b'saħħithom u l-komplementarjetajiet tal-atturi kollha tagħha. Aħna impenjati li niżviluppaw miżuri konkreti għal titjib sinifikanti tal-arkitettura attwali, b'mod partikolari billi nsaħħu l-koordinazzjoni u niżviluppaw investimenti konġunti u komplementari fost l-istituzzjonijiet finanzjarji Ewropej għall-iżvilupp, fost l-oħrajn. Naturalment, it-Tim Ewropa ser ikollu rwol sinifikanti f'dan l-approċċ, b'mod partikolari billi jiżviluppa azzjonijiet konġunti innovattivi u jiżgura l-viżibbiltà tal-finanzjament estern tal-UE.
Josep Borrell, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà
Josep Borrell, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà

L-istudju indipendenti "Fattibbiltà dwar għażliet għat-tisħiħ tal-Arkitettura Finanzjarja Ewropea għall-Iżvilupp futura" jipprovdi analiżi komprensiva ta' tliet għażliet għall-futur tal-EFAD bil-għan li jiġi żgurat approċċ Ewropew b'saħħtu u koerenti li jista' jwettaq bl-aħjar mod possibbli l-objettivi tal-politika esterna u l-interessi ġeopolitiċi tal-UE.

B'mod ġenerali, l-istudju jikkonkludi li "il-bini fuq riżorsi u komplementarjetajiet diġà eżistenti jidher li huwa l-aktar xenarju xieraq biex jiġi żgurat approċċ b'saħħtu u koerenti biex jiġu indirizzati l-isfidi ewlenin attwali tal-iżvilupp (l-hekk imsejjaħ xenarju Status Quo +)".

Id-diskussjoni ser tikkontribwixxi għat-tħejjija tal-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar it-tisħiħ tal-EFAD, li l-presidenza Portugiża qed tippjana li tipproponi għall-approvazzjoni f'Mejju 2021.

Dokumenti tal-laqgħat

Dokumenti ta' tħejjija

Dokumenti ta' eżitu

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Barranin

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 5 ta' Frar 2025