"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Barranin

Vidjokonferenza informali tal-ministri għall-affarijiet barranin, 19 ta' April 2021

Riżultati ewlenin

Ukrajna

Josep Borrell, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà
It-tisħiħ tal-preżenza militari Russa fil-fruntiera mal-Ukrajna u fil-Krimea hija inkwetanti ħafna. Ir-riskju ta' eskalazzjoni ulterjuri huwa evidenti. Faħħarna lill-Ukrajna għar-reazzjoni mrażżna tagħha u ħeġġiġna lir-Russja biex tnaqqas u ttaffi t-tensjonijiet.
Josep Borrell, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà
Josep Borrell, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà

Il-ministri għall-affarijiet barranin tal-UE kellhom skambju ta' fehmiet dwar l-Ukrajna u ngħaqad magħhom, permezz ta' vidjokonferenza, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Ukrajna, Dmytro Kuleba.

Il-ministri tennew l-appoġġ qawwi tagħhom għas-sovranità u l-integrità territorjali tal-Ukrajna, inkluż għan-nuqqas ta' rikonoxximent tal-annessjoni illegali tal-Krimea u għall-implimentazzjoni sħiħa tal-ftehimiet ta' Minsk. Huma laqgħu wkoll l-isforzi diplomatiċi akbar bil-għan li tiġi restawrata l-integrità territorjali tal-Ukrajna.

Fir-rigward tar-riformi domestiċi, il-ministri laqgħu l-progress u l-ambizzjoni sostanzjali tal-Ukrajna biex tqarreb il-politika tagħha mal-Patt Ekoloġiku Ewropew. Huma enfasizzaw ukoll il-ħtieġa ta' titjib fil-qasam tal-istat tad-dritt u tal-ġudikatura.

Etjopja

Il-ministri għall-affarijiet barranin tal-UE ddiskutew is-sitwazzjoni fir-reġjun ta' Tigray, fejn għaddej il-ġlied, għadu qed jiġi ostakolat l-aċċess umanitarju sħiħ u għadu għaddej ksur tad-drittijiet tal-bniedem. Huma ġew infurmati mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Finlandja Haavisto, li vvjaġġa lejn ir-reġjun għat-tieni darba, bħala rappreżentant tar-Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, biex jivvaluta s-sitwazzjoni.

Id-diskussjoni ssottolinjat il-ħtieġa urġenti ta' waqfien mill-ġlied immonitorjat biex jittejbu l-kundizzjonijiet ta' sigurtà f'Tigray, u biex jiġu investigati allegazzjonijiet ta' abbużi tad-drittijiet tal-bniedem, delitti tal-gwerra u vjolenza abbażi tal-ġeneru. Ir-Rappreżentant Għoli ħeġġeġ li jsiru investigazzjonijiet konġunti bejn il-Kummissjoni Etjopjana għad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli għad-Drittijiet tal-Bniedem.

Il-ministri enfasizzaw ukoll li l-gvern Etjopjan għandu juri impenn favur l-organizzazzjoni ta' djalogu nazzjonali fit-tħejjija għall-elezzjonijiet.

Ġrajjiet Kurrenti

Il-ministri għall-affarijiet barranin tal-UE ġew infurmati dwar is-sitwazzjoni li qed tiddeterjora ta' Alexei Navalny fir-Russja, u ddikjaraw mill-ġdid il-messaġġ li jinsab fid-dikjarazzjoni tal-UE tat-18 ta' April, jiġifieri li l-awtoritajiet Russi għandhom jagħtuh aċċess immedjat għall-professjonisti mediċi fdati minnu.

Il-ministru Ċek imbagħad informa lill-kollegi tiegħu dwar it-tkeċċija reċenti ta' diplomatiċi Russi marbuta ma' ħażna ta' munizzjon fl-2014.

Ir-Rappreżentant Għoli aġġorna wkoll lill-ministri dwar it-taħditiet li għaddejjin fi Vjenna, li għandhom l-għan li jagħtu ħajja mill-ġdid lill-PAKK, il-ftehim mal-Iran dwar il-qasam nukleari, u jiffaċilitaw ir-ritorn tal-Istati Uniti għall-ftehim.

Fl-aħħar nett, il-ministri ġew infurmati li tressqet proposta ġdida dwar il-Georgia taħt l-awtorità tal-President tal-Kunsill Ewropew, Charles Michel, biex isir tentattiv biex tinstab soluzzjoni għall-kriżi politika attwali.

Affarijiet oħra

Il-Kunsill adotta sanzjonijiet ġodda kontra l-Myanmar permezz ta' proċedura bil-miktub.

Huwa approva wkoll permezz ta' proċedura bil-miktub konklużjonijiet dwar:

Dokumenti tal-laqgħat

Dokumenti ta' tħejjija

Dokumenti ta' eżitu

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Barranin

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 5 ta' Frar 2025