"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Barranin

Kunsill Affarijiet Barranin, 21 ta' Ġunju 2021

Riżultati ewlenin

Belarussja

Wara laqgħa informali waqt il-kolazzjon ma' Sviatlana Tsikhanouskaya, il-mexxejja tal-forzi pro demokratiċi Belarussi, il-Kunsill qasam il-fehmiet tiegħu dwar il-Belarussja, u adotta sanzjonijiet kontra dawk responsabbli għall-eskalazzjoni ta' ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fil-Belarussja u r-repressjoni vjolenti tas-soċjetà ċivili, l-oppożizzjoni demokratika u l-ġurnalisti, kif ukoll dawk wara l-inżul furzat u illegali ta' titjira ta' Ryanair f'Minsk fit-23 ta' Mejju 2021.

Josep Borrell, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà
Illum adottajna l-akbar pakkett ta' sanzjonijiet fir-rigward tal-Belarussja, li jelenka 86 individwu u entità. Dawn il-miżuri ġew ikkoordinati wkoll mal-Kanada, ir-Renju Unit u l-Istati Uniti. [...] L-Unjoni Ewropea tibqa' lesta li tappoġġa Belarussja b'futur demokratiku permezz ta' pjan komprensiv ta' appoġġ ekonomiku sa €3 biljuni, u tkompli tagħmel pressjoni fuq ir-reġim ta' Lukashenko permezz ta' sanzjonijiet fuq individwi u entitajiet adottati llum u sanzjonijiet ekonomiċi li għandhom jiġu deċiżi dalwaqt.
Josep Borrell, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà
Josep Borrell, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà

Il-ministri approvaw ukoll għażliet għal sanzjonijiet ekonomiċi mmirati bil-għan li dawn jiġu adottati malajr, wara gwida mill-Kunsill Ewropew aktar tard din il-ġimgħa.

Il-Kunsill tenna l-messaġġ tiegħu lir-reġim tal-Belarussja li għandu immedjatament u mingħajr kondizzjonijiet jeħles lill-priġunieri politiċi kollha u lil dawk detenuti talli talbu b'mod paċifiku r-rispett għal-libertajiet fundamentali tagħhom, iwaqqaf aktar repressjoni, iżomm lil dawk responsabbli għal għemilhom, u jibda djalogu nazzjonali ġenwin u inklużiv mas-soċjetà usa’.

L-Iraq

Il-ministri għall-affarijiet barranin qiesu l-aħħar żviluppi fl-Iraq, b'mod partikolari l-elezzjonijiet li ġejjin tal-Iraq, kwistjonijiet relatati mas-sigurtà, l-istabbiltà reġjonali u l-impenn bilaterali.

L-Iraq qed iwettaq riformi komprensivi, iżda s-sitwazzjoni ekonomika u tas-sigurtà għadha kritika. Sabiex jingħata appoġġ lill-pajjiż fil-perkors ta' riforma tiegħu, il-Kunsill iddeċieda li jsejjaħ il-Kunsill ta' Kooperazzjoni dwar il-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni UE-Iraq fil-livell ministerjali qabel tmiem l-2021.

Wara stedina mill-gvern Iraqi, ir-Rappreżentant Għoli ħabbar id-deċiżjoni tiegħu li jibgħat missjoni ta' osservazzjoni tal-UE għall-elezzjonijiet Iraqini li ġejjin skedati għall-10 ta' Ottubru 2021.

Il-ministri kellhom opportunità li jaqsmu l-fehmiet tagħhom direttament mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin Iraqi Fuad Hussein, waqt ikla ta' ħidma informali li matulha huwa informa lill-ministri tal-UE dwar l-aħħar żviluppi domestiċi.

Amerka Latina u l-Karibew

Il-Kunsill qasam il-fehmiet tiegħu dwar l-Amerka Latina u l-Karibew, b'enfasi partikolari fuq l-iżviluppi politiċi u ekonomiċi, kif ukoll fuq il-konsegwenzi soċjoekonomiċi drammatiċi tat-tixrid tal-COVID-19 fir-reġjun.

L-Amerka Latina tibqa' wieħed mir-reġjuni tad-dinja li huwa eqreb lejn l-UE f'termini ta' valuri u appoġġ għal ordni multilaterali bbażat fuq ir-regoli. L-UE hija wkoll l-akbar investitur tar-reġjun u wieħed mill-imsieħba kummerċjali ewlenin.

Il-Kunsill esprima r-rieda tiegħu li jaħdem flimkien biex jiżgura appoġġ qawwi għar-reġjun biex tiġi indirizzata l-pandemija tal-COVID-19, permezz ta' approċċ ta' Tim Ewropa, inkluż permezz ta' aċċess akbar għal vaċċini u donazzjonijiet ta' vaċċini. Il-ministri enfasizzaw ukoll il-ħtieġa li tissaħħaħ ir-reżiljenza finanzjarja tar-reġjun billi jissaħħu r-relazzjonijiet kummerċjali mal-pajjiżi u s-sħab l-aktar importanti, eż. il-Messiku, iċ-Ċilì u l-Mercosur.

Fl-aħħar nett, il-Kunsill iddiskuta hotspots reġjonali, fejn huwa meħtieġ appoġġ għal djalogu politiku. Ser tintbagħat missjoni esploratorja elettoralifil-Venezwela biex jiġi kkunsidrat jekk il-kundizzjonijiet jippermettux missjoni ta' osservazzjoni f'Novembru.

Ġrajjiet Kurrenti

Ir-Rappreżentant Għoli informa lill-ministri dwar iż-żjara reċenti tiegħu fil-Libanu, li matulha huwa wassal il-messaġġ tal-UE ta' solidarjetà lill-poplu Libaniż, u l-appell tal-UE lill-mexxejja politiċi Libaniżi biex jieħdu r-responsabbiltà għall-ħolqien ta' gvern ġdid orjentat lejn ir-riforma.

Il-ministri ddiskutew fil-qosor lit-Turkija qabel il-Kunsill Ewropew, u fl-isfond tal-laqgħa reċenti tar-Rappreżentant Għoli mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin Tork Mevlüt Çavuşoğlu.

Il-ministri tal-UE għall-affarijiet barranin ġew infurmati dwar l-eżitu tal-laqgħa ta' livell għoli tad-Djalogu bejn Belgrad u Pristina li saret fil-15 ta' Ġunju 2021. Matul il-laqgħa, l-ewwel waħda ta' livell għoli f'disa' xhur, il-partijiet ikkonfermaw l-impenn tagħhom għan-normalizzazzjoni komprensiva tar-relazzjonijiet u qablu li jkomplu l-proċess ta' djalogu f'Lulju.

Il-Kunsill kellu skambju ta' fehmiet fil-qosor dwar il-Proċess ta' Paċi fil-Lvant Nofsani. F'dan il-kuntest ir-Rappreżentant Għoli informa lill-ministri dwar il-kuntatti reċenti tiegħu mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin Iżraeljan il-ġdid, Yair Lapid.

Il-Kunsill imbagħad iddiskuta s-sitwazzjoni drammatika f'Tigray, l-Etjopja, fejn kriżi umanitarja sħiħa bħalissa qed timbotta madwar 400,000 persuna lejn ix-xifer ta' karestija kkawżata mill-bniedem u telf ta' ħajjiet. Il-qsim tal-fehmiet dwar l-Etjopja ser jidher bħala punt ta' diskussjoni sħiħ fuq l-aġenda tal-Kunsill Affarijiet Barranin ta' Lulju.

Ir-Rappreżentant Għoli ppreżenta lill-Kunsill il-Komunikazzjoni Konġunta dwar ir-relazzjonijiet bejn l-UE u r-Russja, bil-ħsieb ta' diskussjoni strateġika fil-Kunsill Ewropew aktar tard din il-ġimgħa.

Fl-aħħar nett, il-ministri ddiskutew fil-qosor ir-riżultati tal-elezzjonijiet presidenzjali Iranjani, u s-sitwazzjoni attwali tan-negozjati li għaddejjin fi Vjenna, bil-għan li tingħata ħajja ġdida lill-PAKK.

Affarijiet oħra

Il-Kunsill adotta konklużjonijiet dwar ir-rwol tal-wirt kulturali fil-promozzjoni tal-paċi, id-demokrazija u l-iżvilupp sostenibbli, u t-tielet ċiklu ta' sanzjonijiet tal-UE wara l-kolp ta' stat militari u r-repressjoni sussegwenti fil-Myanmar/Burma.

Il-ministri għall-affarijiet barranin jiddiskutu l-Belarussja, ir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Iraq u s-sitwazzjoni tal-covid fl-Amerka Latina

Dokumenti tal-laqgħat

Dokumenti ta' eżitu

Riżultati tal-votazzjonijiet tal-laqgħa

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Barranin

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 5 ta' Frar 2025