"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Barranin

Kunsill Affarijiet Barranin, 12 ta' Lulju 2021

Riżultati ewlenin

Il-Kunsill adotta deċiżjoni li tistabbilixxi missjoni ta' taħriġ militari tal-Unjoni Ewropea fil-Mozambique (EUTM Mozambique), bil-għan li tħarreġ u tappoġġa l-forzi armati tal-Mozambique fil-protezzjoni tal-popolazzjoni ċivili u r-restawr tas-sikurezza u s-sigurtà fil-provinċja ta' Cabo Delgado.

Josep Borrell, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà
Illum stabbilejna formalment, fi żmien rekord, il-Missjoni Ewropea ġdida ta' Taħriġ għall-Mozambique. […] Din il-missjoni l-ġdida ser tkun parti fundamentali mir-rispons tal-UE għat-talba tal-Gvern tal-Mozambique biex tiġi indirizzata l-kriżi f'Cabo Delgado u tikkontribwixxi għall-istabbiliment mill-ġdid u t-tisħiħ tas-sigurtà.
Josep Borrell, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà
Josep Borrell, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà

Ġeopolitika ta' teknoloġiji diġitali ġodda

Il-Kunsill Affarijiet Barranin kellu l-ewwel diskussjoni dwar l-impatt estern u ġeopolitiku ta' teknoloġiji diġitali ġodda. Dawn it-teknoloġiji huma kruċjaligħas-soċjetajiet u l-ekonomija tal-UE, iżda qed isiru dejjem aktar mutur ta' kompetizzjoni ġeopolitika u influwenza globali, li jintuża minn atturi barranin biex jimmanipulaw l-ambjent tal-informazzjoni, jinfluwenzaw id-dibattitu pubbliku, u jinterferixxu fil-proċessi demokratiċi.

Il-ministri enfasizzaw il-ħtieġa li tintuża l-kapaċità tal-UE bħala setgħa regolatorja biex jiġu influwenzati n-normi u l-istandards globali f'dan il-qasam, u li jiġi żgurat li s-sistema tibqa' miftuħa, iċċentrata fuq il-bniedem u bbażata fuq l-istat tad-dritt. B'dan il-mod, il-ministri esprimew ix-xewqa tagħhom li jaħdmu flimkien ma' sħab tal-istess fehma, li jvarjaw mill-Istati Uniti għaż-żona Indo-Paċifiku, mill-Afrika sal-Amerka Latina.

Boxxla Strateġika

Il-ministri għall-Affarijiet Barranin kellhom skambju ta' fehmiet għall-ewwel darba dwar il-Boxxla Strateġika - l-inizjattiva tal-UE maħsuba biex l-UE titħejja aħjar għal kriżijiet futuri, tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-UE kontra t-theddid, inkluż fiċ-ċiberspazju, jissaħħu s-sħubiji tal-UE biex jintlaħqu sfidi komuni, u tiġi żviluppata kultura strateġika komuni.

L-ewwel abbozz tal-Boxxla Strateġika għandu jiġi ppreżentat lill-istati membri f'Novembru 2021, bil-ħsieb li jiġi ffinalizzat f'Marzu 2022.

Etjopja

Il-Kunsill kellu opportunità li jkollu diskussjoni dwar is-sitwazzjoni fl-Etjopja u Tigray fejn, minkejja l-waqfien mill-ġlied, hemm kriżi umanitarja serja, il-popolazzjonijiet qed jiffaċċjaw ir-riskju ta' karestija, u l-vjolenza u l-istupru qed jintużaw ta' spiss kontra l-popolazzjoni ċivili bħala arma tal-gwerra.

Il-ministri ġew infurmati dwar l-inizjattiva biex jinħoloq pont bl-ajru għall-għajnuna umanitarja biex jingħata appoġġ lill-popolazzjoni tar-reġjun ta' Tigray, u ddiskutew il-prijoritajiet politiċi li l-UE għandha tiffoka fuqhom: l-iżgurar tal-aċċess umanitarju u r-rispett għad-dritt umanitarju internazzjonali, il-konsolidazzjoni tal-waqfien mill-ġlied u l-ħidma lejn waqfien sħiħ tal-ostilitajiet mill-partijiet kollha, l-iżgurar tal-irtirar tal-forzi barranin mit-territorju Etjopjan, il-waqfien immedjat tal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem, u t-tnedija ta' djalogu nazzjonali dwar ir-rikonċiljazzjoni sabiex jiġu ppreservati l-integrità u l-unità politika tal-Etjopja.

Ġrajjiet Kurrenti

Ir-Rappreżentant Għoli informa lill-Kunsill dwar l-istaġnar fil-Libanu, u ħabbar fehim politiku li ser jiġi stabbilit reġim ta' sanzjonijiet kontra dawk li huma responsabbli għas-sitwazzjoni.

Wara ż-żjara tiegħi fil-Libanu, l-istaġnar politiku għadu jippersisti; l-ekonomija qed tistagħna u t-tbatija tal-poplu tal-Libanu qed tikber kontinwament. […] Il-ministri laħqu fehim politiku li għandu jiġi stabbilit reġim ta' sanzjonijiet kontra dawk li huma responsabbli għas-sitwazzjoni. Josep Borrell, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà

Il-ministri indirizzaw ukoll is-sitwazzjoni fl-Afganistan, fid-dawl tal-irtirar tat-truppi tal-Istati Uniti u tan-NATO, u ż-żieda f'attakki mmirati b'motivazzjoni etnika. F'dan il-kuntest ir-Rappreżentant Għoli enfasizza l-ħtieġa li t-Taliban jitħeġġeġ biex jinvolvi ruħu f'negozjati ta' paċi sostantivi u inklużivi, u biex jilħaq lill-pajjiżi fir-reġjun u l-komunità internazzjonali usa' biex ikollhom rwol kostruttiv b'appoġġ għall-proċess ta' paċi Afgan.

Ikla ta' ħidma

Matul l-ikla ta' nofsinhar, il-ministri għall-affarijiet barranin kellhom diskussjoni informali mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin Iżraeljan il-ġdid, Yair Lapid, li ffokat fuq ir-relazzjonijiet bilaterali, iżda wkoll fuq is-sitwazzjoni fir-reġjun.

Fir-rigward tal-Proċess ta' Paċi fil-Lvant Nofsani, il-ministri għal darb'oħra enfasizzaw li l-UE tappoġġa bis-sħiħ is-sigurtà ta' Iżrael u tikkundanna t-terroriżmu. Fl-istess ħin, l-UE tistenna li Iżrael joffri perspettiva politika biex jintemm il-konflitt, u tibqa' ppreparata u lesta li tappoġġa lil Iżrael u lill-Palestinjani fl-isforzi tagħhom biex jibnu mill-ġdid proċess politiku sinifikanti.

Konklużjonijiet tal-Kunsill

Il-Kunsill approva l-konklużjonijiet dwar Ewropa Konnessa Globalment u dwar il-prijoritajiet tal-UE fis-76 Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti.

Il-ministri għall-Affarijiet Barranin jiddiskutu l-Libanu, l-EUTM fil-Mozambique, u l-Etjopja

Dokumenti tal-laqgħat

Dokumenti ta' eżitu

Riżultati tal-votazzjonijiet tal-laqgħa

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Barranin

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 5 ta' Frar 2025